Kwestjonarju tad-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali lill-applikanti ghal akkomodazzjoni alternattiva
Fuq inizjattiva tal-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali beda jibghat kwestjonarju xjentifiku lill-applikanti li hemm fil-lista ta' l-istess Dipartiment. Dan bil-ghan li ssir maghrufa ahjar il-qaghda prezenti ta' dawn l-applikanti u anke biex id-Dipartiment jaggorna d-database ta' l-applikanti tieghu. Dan l-ezercizzju jghin ukoll lid-Dipartiment fit-tfassil tal-politika tieghu.
Dan il-kwestjonarju, li thejja fuq moduli rikonoxxuti internazzjonalment, mill-Management Efficiency Unit ta' l-Ufficcju tal-Prim Ministru flimkien mad-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali, huwa wiehed maghmul b'mod semplici, li jaghmilha facli ghall-applikant biex jimlih.
Biex jghin lil dawn l-applikanti, id-Dipartiment diga' baghat kopja ta' dan il-kwestjonarju lil kull Kunsill Lokali f'Malta u Ghawdex biex dawn jiffamiljarizzaw ruhhom mieghu u b'hekk ikunu jistghu jghinu lil dawk l-applikanti li, ghal xi raguni, ma jkunux jafu kif jimlewh.
Ma' kull kwestjonarju d-Dipartiment qieghed jibghat ittra li fiha jappella lill-applikanti biex jimlew il-kwestjonarju b'mod korrett u anke biex jibghatuh lura fi zmien li jkun stipulat fl-istess ittra. B'kollox mistennija jintbaghtu mal-4,700 kwestjonarju.
Il-kwestjonarju huwa fformulat b'mod biex isir maghruf jekk l-qaghda finanzjarja ta' l-applikanti tjibitx jew marritx lura, jekk ir-residenza taghhom saritx aktar sub-standard, jekk kienx hemm zjieda fil-familja u dettalji ohra. Id-Dipartiment qieghed ukoll joffri servizz ta' ghajnuna lil dawk li ma jkunux jafu jimlew il-kwestjonarju billi jcemplu fuq in-numru 242985. Dawn jistghu ukoll jirrikorru ghand il-Kunsill Lokali rispettiv taghhom.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911