Left arrow Go Back

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex jinawgura Wirja ta' l-arti f'Ghawdex

PR0247
Date Icon 11/02/1998

Il-Kunsill tal-Kultura, fi hdan is-Segretarjat ghal Ghawdex, qed jorganizza wirja ta' madwar 200 opra ta' l-arti li qed ikunu esebiti fis-Sala tal-Wirjiet tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. Il-parti l-kbira huma ikoni b'motiv religjuz, xoghol l-artist Svetislav Mijin, minn Belgrad. L-esibizzjoni, li se tkun miftuha ghall-pubbliku sa l-20 ta' Frar, tinkludi wkoll xoghlijiet ta' Slobodan Mijin, li huwa iben Svetislav u li flimkien kienu nvoluti f' xoghol ta' restawr ta' ikoni f'monasteri u knejjes madwar l-Ewropa kollha. Fil-wirja, qed jiehu sehem ukoll artist minn Ghawdex, Raphael Refalo li jispecjalizza fuq street characters u clay modelling.

Meta inawgura l-wirja, is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, qal li l-esibizzjonijiet li jigu organizzati b' mod regolari fis-Sala tal-Wirjiet tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, juru li l-arti hija hajja f' Ghawdex u hija wkoll apprezzata minn pubbliku li, kulma jmur, qed isir iktar konxju tal-bzonn li l-arti tigi sostnuta u nkoraggita.

Konformi ma' dawn l-izviluppi, is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex nieda skema gdida ta' ghajnuna lill-artisti Ghawdxin fl-inizjattivi taghhom. F' din l-iskema applikaw s' issa erbghin organizzazzjoni u artisti individwali u t-talbiet taghhom qed ikunu evalwati minn kumitat mahtur apposta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow