Left arrow Go Back

69 Post tal-Gvern ghall-bejgh

PR0236
Date Icon 09/02/1998

Wara li l-Gvern hareg 197 post minn Lulju tas-sena l-ohra 'il hawn, illum l-Awtorità tad-Djar bdiet tilqa' applikazzjonijiet minn dawk interessati li jixtru wiehed mid-69 post li harget ghall-bejgh f'Malta u Ghawdex. Din kienet it-tielet darba taht Gvern prezenti, li l-Awtorità tad-Djar qieghda tohrog ghall-bejgh numru ta' appartamenti u maisonettes.

Ghall-ewwel darba qeghdin johorgu 18-il maisonette ghall-bejgh fuq il-pjanta goGhawdex. Din hija t-tieni darba li l-Gvern prezenti hareg postijiet ghal bejgh f'Ghawdex.. Dawn il-postijiet se jkunu orhos minn dawk li kienu hargu f'Malta taht Gvern precedenti.

Id-69 post qeghdin johorgu taht avviz legali numru 62. Minn dawn 33 huma appartamenti, 23 maisonettes u 13 cluster houses. Il-maisonettes u l-cluster houses se johorgu bil-garaxx maghhom. L-applikazzjonijiet se jibqghu miftuhin sa nhar l-Erbgha 4 ta' Marzu 1998. L-applikazzjonijiet jistghu jinkisbu mill-ufficcji tal-Awtorita' tad-Djar, fi 12 Triq Pietro Floriani, il-Furjana u f'Ghawdex f'25 Triq Enrico Mizzi, ir-Rabat, bejn it-8.00 a.m. u n-12.30 p.m. u s-2.00 p.m. u l-4.00 p.m.

L-Appartamenti se johorgu lesti minn kollox, hlief ghall-kamra tal-banju. Il-maisonettes se johorgu gebel u saqaf. Il-cluster houses, li kollha jinsabu fl-Imtarfa, se johorgu lesti, ghalkemm 9 minnhom ghad fadlilhom il-bibien interni u t-tibjid.

Ghal dawn il-postijiet jistghu japplikaw:

i) Koppji gharajjes li jiddikjaraw bil-miktub li se jizzewgu fi zmien sentejn

ii) Koppji mizzewgin bit-tfal jew minghajr tfal.

iii) Genitur wiehed b'ulied m'humiex mizzewgin, li jghixu mieghu fl-istess fond.

  1. Genitur mizzewweg izda separat (legalment jew de facto) b'ulied mhux mizzewgin li jghixu mieghu fl-istess fond.
  2. Koppji mizzewga, genitur wiehed bi tfal jghixu mieghu jew genitur mizzewweg izda separat bi tfal jghixu mieghu li jew l-applikant jew xi membru tal-familja ghandhom disabilita'.

F'din il-harga wkoll qeghdin jinghataw il-vantaggi fuq is-self li kienu gew introdotti is-sena l-ohra. Dawn jinkludu sussidji kemm fuq il-prezz tal-post u sussidju iehor fuq ir-rata ta' l-imghax. Dan seta' jsir wara ftehim li kien intlahaq mal-Bank Lohombus. Permezz ta' dan il-ftehim is-self se jkun jista' jithallas lura fi zmien 30 sena u l-applikanti se jkunu jistghu jisselfu sa 90 fil-mija tal-prezz tal-post. Kien hemm ukoll tnaqqis drastiku fil-fees legali tal-bank.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow