Konvenzjoni tal-Gnus Maqghuda dwar id-Dezertifikazzjoni
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent, l-Onorevoli Dr. George W. Vella, iffirma l-istrument ta'ratifikazzjoni li permezz tieghu Malta ser tadotta il-Konvenzjoni tal-Gnus Maqghuda dwar id-Dezertifikazzjoni.
Din il-Konvenzjoni, rratifikata minn madwar 116 pajjiz, ghandha l-ghan li tghin lill-pajjizi jizviluppaw strategiji biex inaqqsu l-process tad-dezertifikazzjoni.
L-iffirmar ta' din il-Konvenzjoni huwa pass fit-twettiq tal-politika barranija tal-Gvern li ghandha l-ghan li Malta tippartecipa b'mod attiv f'inizzjattivi fil-qasam internazzjonali, fost l-ohrajn fejn jidhol il-harsien ta' l-ambjent. Meta din il-Konvenzjoni tidhol fis-sehh ghal pajjizna, Malta jkollha l-obbligu li tipprepara Pjan t'Azzjoni Nazzjonali biex tikkumbatti id-degradazzjoni ta' l-art. Se jkun hemm ukoll lok ghal koperazzjoni bejn Malta u pajjizi tan-naha ta' fuq tal-Mediterran. Minn din is-shubija, Malta ser tibbenefika minn ghajnuna xjentifika u teknika minn pajjizi ohra fl-oqsma ta' l-uzu ta' l-ucuh tar-raba', l-gbir u l-immaniggjar ta' l-ilma, t-tkabbir ta' sigar mill-gdid u l-uzu ta' risorzi alternattivi t' energija.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911