Stqarrija mill-Ministeru tal-Finanzi u Kummerc
Fid-dawl ta' stqarrijietpubblici u artikli li dehru min-naha ta' l-Oppozizzjoni; il-Ministrutal-Finanzi u Kummerc itenni li hija qlajja' li tghid li l-Gvern bi hsiebujerga' jintroduci s-sistema ta' taxxa tal-VAT.
Il-Gvern m'ghanduassolutament l-ebda hsieb li jerga' jdahhal is-sistema tat-taxxa tal-VAT.Kull ma qed jipproponi l-Gvern huwa zvilupp fis-sistema prezenti tas-CETbil-hsieb li prodotti mahdumin f'Malta ghas-suq lokali jkollhom l-istess ratata' sisa daqs prodotti importati, u dan fl-isfond tal-politika tal-Gvern lijfittex l-eqreb relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea izda mhux shubijashiha.
Dan l-ahhar l-Oppozizzjoni qieghdet fuq il-Mejda tal-Kamratal-Parlament silta minn Dokument bl-isem 'Towards a Free-Trade Area betweenMalta and the E.U.: Economic Implications.'
Dan id-Dokument kien tqassam lill-Korpi kostitwiti biex dawn ikunujistghu jaghmlu r-reazzjoni taghhom fuqu lill-Gvern.
Id-Dokument jittratta proposti dwar arrangamenti kuntrattwali bejnMalta u l-Unjoni Ewropea sabiex l-ekonomija ta' Malta tersaq gradatament lejn zona ta' kummerc hieles. Id-Dokument jishaq l-aktar fuq l-effettiekonomici li jista' jkun hemm minhabba dawn l-arrangamenti l-godda ujittratta l-liberalizzazzjoni tal-kummerc kif ukoll ir-ristrutturazzjoni ta'l-Industrija u l-impatt taghhom fuq l-impjiegi, il-Bilanc tal-Pagamenti, ul-gid tal-konsumatur.
Xi sezzjoni ta' l-istampa qabdet silta ta' zewg linji minn danid-Dokument u ppruvat tiehu vantagg politiku billi tibni rapport shih fuqfrazi minnha. Din is-sezzjoni ta' l-istampa kkonkludiet, b'mod zbaljat u ghaxhekk kien jaqblilha politikament, li l-Gvern kien qed jipproponi 'id-dhulmill-gdid tal-VAT fuq il-prodotti mmanifatturati f'pajjizna u li jkunu ghall-konsum lokali izda minghajr ma din it-taxxa jkollha l-beneficcju tar-refunds'.Dan mhux minnu assolutament xejn kif diga' kellu l-opportunita li jistqarrl-Prim Ministru.
Li qed jipproponi l-Gvern huwa zvilupp fis-sistema tas-CETbil-hsieb li l-prodotti mmanifatturati ghas-suq lokali jkollhom fuq medda ta' zmien l-istess rata ta' sisa daqs prodotti impurtati. Dan l-izvilupp huwamehtieg fl-isfond tal-politka tal-Gvern li jfittex li jkun hemm l-eqrebrelazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea izda mhux shubija shiha.
Fost it-tibdil propost insibu li s-sisa fuq l-importazzjoni (ETI)tibqa' u fl-ahhar tal-perjodu tat-transizzjoni tigi integrata mat-taxxatas-sisa fuq il-prodotti mahduma ghas-suq lokali.
Fl-ahhar tal-perjodu tat-transizzjoni, il-prodotti kollha, kemmdawk impurtati u kemm dawk mahduma lokalment ghas-suq lokali jkunu suggetti ghal rata wahda ta' taxxa.
Is-sisa fuq prodotti (ETP) ta' 5% u s-sisa fuq servizzi (ETS) ta'5% wkoll jibqghu japplikaw minghajr tibdil minn kif inhuma llum.
Fil-kaz tal-prodotti mahduma f'Malta ghas-suq lokali s-sisa tkunimposta fuq il-valur 'ex-factory', filwaqt li s-sisa li tkun thallset fuq il-materjaprima ta' dawn il-prodotti titnaqqas mis-sisa dovuta fuq il-valur taghhom 'ex-factory'.
Minn dan kollu jidher car li m'hemm l-ebda hsieb li bl-izvilupp propost fis-sistema tas-CET, fl-isfond tal-politikatal-Gvern li Malta jkollha l-eqreb relazzjonijiet ma' l-Unjoni Ewropea, terga'tiddahhal is-sistema ta' taxxa tal-VAT. Min jghid hekk ma jkunx qed jghid hlief qlajja'.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911