Kollaborazzjoni tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali ghal prezentazzjoni ta' "Oratorju Marjan"
Dalghodu, il-Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali,l-Onor. Evarist Bartolo, flimkien mal-President tas-Socjeta' Filarmonika"Sliema", is-Sur Tonio Portughese, ta konferenza stampa li matulhanghataw dettalji dwar il-prezentazzjoni tax-xoghol originali ta' MaestroJoseph Magri, l-Oratorju Marjan "Lis-Sinjura Taghna tal-Qalb ta'Gesu'".
Fil-konferenza stampa nghata taghrif dwar l-istess Oratorjuoriginali b'temi dwar il-Madonna kif ukoll dwar is-serata kommemorattiva tal-75sena mit-twaqqif tas-Socjeta' Filarmonika "Sliema", li se ssir nharis-Sibt, 28 ta' Frar 1998, fis-7.00p.m., fis-Sala tar-Repubblika ta' Daril-Mediterran ghall-Konferenzi, il-Belt Valletta.
In-nuqqas ta' xoghlijiet muzikali religjuzi dwaril-Madonna kien ilu jinhass u ghaldaqstant is-Socjeta' Filarmonika"Sliema", konxja mid-domanda qawwija fil-pajjiz, wara li kisbetil-kollaborazzjoni tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali,ikkummissjonat kompozizzjoni gdida ghall-kor, tenur, sopran, baritonu ubanda. Il-maghruf muzicista u kompozitur Malti Mro. Joseph Magri tqabbadbiex jahdem fuq dan l-Oratorju Marjan li ghandu jigi apprezzat mid-dilettantikemm tal-muzika religjuza, kif ukoll ta' xoghlijiet impenjattivi originaliminn kompozitur kontemporanju.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911