Left arrow Go Back

Messagg tas-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex l-Onor. Dr. Anton Refalo, fl-okkazjoni tar-rinovazzjoni ta' Pjazza tad-Dehra - Il-Hadd, 18 ta' Jannar 1998

PR0101
Date Icon 20/01/1998

Nixtieq qabel kollox nifrah lill-Kunsill Lokali ta' Ghajnsielemghax-xoghol kollu li wettaq biex din il-pjazza inghatat dehra isbah.Ir-rizultat jistghu issa jgawduh ir-residenti ta' dan ir-rahal u kull minighaddi minn dawn l-inhawi. Din hija prova ohra ta' l-importanza tal-KunsilliLokali ghat-titjib ta' l-ambjent fl-irhula taghna u b'mod generali tal-kwalita'tal-hajja tar-residenti tal-post. Il-Gvern prezenti jemmen fil-process ta'decentralizzazzjoni li nbeda ftit tas-snin ilu permezz tal-Kunsilli Lokali,process li ghandu jitkompla fis-snin li gejjin permezz ta' trasferiment gradatu pjjanat ta' certi funzjonijiet ezekuttivi lill-Kunsilli Lokali.

Sadanittant il-koperazzjoni bejn il-Gvern Centrali u l-KunsilliLokali kull fejn tkun mehtiega tibqa' relevanti u ta' beneficcju ghac-cittadin.Per ezempju, ir-rahal ta' Ghajnsielem ghal din is-sena ghandu programm ta'xoghlijiet pubblici li se jitwettqu b'appogg minn rizorsi tal-Gvern Centrali,bhal ghoti ta' tarmac f'erba' toroq in-naha maghrufa bhala 'Tal-Gudja',titjib infrastrutturali f'toroq residenzjali ohra u t-tlestija ta' Triq SanAnton, li cediet ghal gol-Wied ta' l-Mgarr is-sena li ghaddiet u li nvolvietrizorsi sostanzjali biex regghet inbniet.

Titijib infrastrutturali iehor qed jitwettaq mis-SegretarjatParlamentari ghal Ghawdex fiz-Zewwieqa, biex l-inhawi tal-yacht marinajigu msebbha u jinholoq ambjent rikreattiv pjacevoli ghall-mijiet ta' nies lijinzlu l-Imgarr. Progett iehor li huwa ppjanat ghall-Imgarr huwa l-bini ta' terminalghall-passiggieri li jkunu se jaqsmu lejn Malta u li fil-prezent ma hemm l-ebdakenn ghalihom.

Ix-xoghol tal-Kunsilli Lokali ghandu jkompli jkun appoggjatbl-allokazzjoni ta' haddiema tac-Civil mal-Kunsilli, ghat-twettiq ta' xogholmanwali li jkun mehtieg isir regolarment fil-lokalita'. Process li diga' hdimnafuqu bhala Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex u li ghandu jkun imwettaqfix-xhur li gejjin.

Mill-gdid nifrah lill-Kunsill Lokali ghall-inizjattiva li ha biexgiet irrangata din il-Pjazza u nawgura iktar hidma tajba f'dan il-lokalghall-gid tal-komunita' ta' dan ir-rahal. Grazzi.


Nota dwar il-Pjazza tad-Dehra uxoghol ta' rinnovazzjoni:

Ir-rinnovazzjoni tal-Pjazza tad-Dehra kienet tinkludi l-bini ta'monument, disinn tal-Perit David Mallia, li jinkludi xbiha tal-Madonna qedtkellem lill-bidwi Anglu Grech, li skond it-tradizzjoni, kien intalab, f'dehra,li titpogga statwa taht it-titlu tal-Madonna ta' Loretu fil-post fejn illumhemm il-Knisja Parrokkjali. Din il-grajja hija dokumentata f'manuskritt ta'l-ewwel Kappillan tal-Parrocca.

Ix-xoghol fil-Pjazza tad-Dehra sar minn haddiemafid-Dipartiment tax-Xoghlijiet Pubblici u b'xoghol privat moghti permezz ta'kuntratti mill-Kunsill Lokali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow