Left arrow Go Back

Kompetizzjoni Kalendarju Xummiemu bit-tema l-Indafa fl-Iskejjel

PR0085
Date Icon 16/01/1998

Illum 16 ta' Jannar,1998, il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, l-Onorevoli Dr.George Vella, inawgura esebizzjoni bit-tema 'L-Indafa fl-Iskejjel' fis-salaRobert Samut, il-Furjana. Din il-wirja ser tibqa' miftuha sa nhar il-Gimgha 23ta' Jannar.

Din l-esebizzjonitikkonsisti f'numru konsiderevoli ta' tpingijiet maghmulin minn studenti lijattgndu madwar 40 skola primarja u sekondarja kemm ta' l-Istat kif ukollPrivati.

Dr. George Vellaipprezenta certifikat ta' partecipazzjoni lil kull min ha sehem u kotba b'temaambjentali lir-rebbieha ta' din il-kompetizzjoni.

Fid-diskors ta'l-okkazzjoni, l-Onor George Vella sahaq fuq l-importanza ta' l-edukazzjoniambjentali, li ghandha tibda b'bazi soda mill-bank ta' l-iskola, ghax dinwiehed jibqa' igorrha mieghu anki meta jikber. Huwa fahhar lill-ghalliema lidejjem qeghdin jippruvaw irawwmu dan ir-rispett lejn l-ambjent fit-tfal. Huwatenna li b'dawn it-tip ta' inizzjattivi jidher car li huma bosta t-tfal lifehmu l-importanza ta' l-indafa, pero' ghad hemm hafna xi jrid isir.

Il-karattru ta' Xummiemujidher li indara tajjeb peress li l-partecipazzjoni ghal din il-kompetizzjonikienet wahda tajba. Huwa heggeg lit-tfal biex kemm jista' jkun dejjemjippartecipaw f'dawn l-inizzjattivi u tenna jghid li jidher car li hawn talentartistiku kbir fost l-istudenti li telghin.

Il-Ministru George Vellaikkonkluda d-diskors tieghu billi qal li l-edukazzjoni ambjentali hija l-ghoddaewlenija li biha nizguraw zvilupp sostenibbli u ambjent xieraqghall-generazzjonijiet tal-gejjieni.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow