Left arrow Go Back

Il-Ministru Michael Farrugia iqassam certifikati fi tmiem kors fuq l-igjene fil-Catering

PR998
Date Icon 28/05/1997
Waqt prezentazzjoni ta' certifikati lill-impjegati tal-kumpanija AstoriaServices Ltd., il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, it-Tabib Michael Farrugia qal li d-Dipartiment tas-Sahha qed jahdem bis-shih sabiex itejjeb il-livell ta' l-igjene fil-lukandi u ristoranti u stabbilimenti tal-ikel in generali, sabiex jintlahaq livell internazzjonali. Il-Ministru Michael Farrugia qal li skond figuri u statistika ta' l-ahhar tlitt snin fuq l-igjene fl-istabbilimenti ma tantx huwa kuntent ghax minn sena ghall-ohra ftit kien hemm improvement. Huwa qal li bejn wiehed u iehor inzamm l-istess livell ta' igjene.
Ghalhekk diga ttiehdet l-ewwel mizura sabiex health inspectorsjittrenjaw fuq livell ghola ta' spettorat fuq l-igjene fl-ikel.
Huwa qal li fl-istagun tas-Sajf ikun hawn hafna kazi ta' mardikkagunat minn avvelenament fl-ikel. Sadanittant bil-kooperazzjoni tal-F.A.O. id-Dipartiment qed jahdem fuq abbozz ta' ligi dwar Food Safety.
Mizura ohra li ttiehdet hi li tigi mmodernizzata u attrezzatal-kcina ta' l-Isptar San Luqa, ghax il-Gvern jemmen li jrid jgholli l-istandard ta' kwalita' fis-settur tieghu.
Il-Ministru Farrugia fahhar lis-Sur Anton B. Dougall, il-ManagingDirector tal-kumpanija Astoria ghal pass li ghamel sabiex jigi organizzat tahrig fuq l-igjene ghal-impjegati tieghu u heggeg aktar kumpaniji biex jaghmlu bhal Astoria Services Ltd.
Huwa awgura success lil 20 impjegat li hadu c-certifikat mir-RoyalSociety of Health.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

More Press Releases Right arrow