Youth Employment Solidarity Campaign
PR996
28/05/1997
| Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti | l-Onor Joe Cilia jixtieq juri pubblikament l-apprezzament tieghu u jfahhar l-inizjattiva tal-Ferghat Zghazagh taz-zewg unions ewlenin Maltin, jigifieri l-GWU u c-CMTU, ghall-kampanja maghrufa bhala YES, li giet imnedija f'Dicembru tal-1996. |
| Il-ferghat taz-Zghazagh tal-ikbar zewg unions Maltin niedew | din il-kampanja fuq inizjattiva tal-European Trade Union Confederation (ETUC) li maghha huma affiljati kemm il-GWU u kemm c-CMTU. |
| L-Onor Cilia jawgura lill-unions fil-hidma taghhom b'rizq | il-futur taz-zghazagh taghna u ghall-impenn taghhom li jirsistu biex ikun hawn dejjem aktar xoghol ghall-istess zghazagh taghna. |
| Is-Segretarju Parlamentari Cilia jifhem tajjeb li qeghdin nghixu fi | zmien ta' taqlib industrijali kbir u li l-gejjieni fix-xoghol huwa immirat lejn l-informatika u lejn is-servizzi. Proprju ghalhekk hija x-xewqa tal-Onor Cilia biex huwa jibqa' jahdem mill-qrib kemm mal-unions u kemm ma' organizzazzjonijiet ohra, biex jigu studjati, diskussi u mfassla ligijiet industrijali u pjanijiet ghal-xoghol gdid li huma addattati ghaz-zghazagh. |
| Is-Segretarju Parlamentari Cilia jawgura wkoll liz-zewg unions | ghas-seminar li se jigi organizzat mill-ETUC hawn Malta. F'dan is-seminar sejrin jigu diskussi temi varji, fosthom il-YES, kif ukolll-informatika u l-post tax-xoghol. |
| L-Onor Cilia jaghlaq billi jheggeg liz-zghazagh Maltin u Ghawdxin | jiehdu inizjattivi bhal dawn biex itejbu l-prospetti ta' xoghol addattat ghall-generazzjonijiet li telghin. |
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900