Laqghat mas-self employed dwar is-sistema gdida ta' tassazzjoni
PR995
28/05/1997
| Ghada l-Hamis, 29 ta' Mejju 1997, il-Prim Ministru Dr Alfred | Sant se jiltaqa' mas-self-employed mill-inhawi ta' Haz-Zebbug. Il-laqgha se ssir fis-Sapphire Suite, Zebbug, u tibda' fis-7.30 p.m. |
| Din il-laqgha se tkun ir-raba' wahda fis-sensiela ta' laqghat | fl-ibliet u rhula ta' Malta u Ghawdex dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni. Dawn il-laqghat qeghdin isiru bil-ghan li tinghata informazzjoni dwar kif tahdem is-sistema gdida ta' taxxi. |
| Il-laqgha ta' ghada mistennija tiehu madwar saghtejn. Fiha, il-Prim | Ministru jispjega x'forma se tiehu s-sistema l-gdida u wara jwiegeb il-mistoqsijiet li dawk prezenti jistghu jaghmlu. |
| Waqt il-laqgha, il-Prim Ministru Alfred Sant ikun meghjun mis-Sur | Leo Brincat, Ministru tal-Finanzi u Kummerc, mis-Sur Gavin Gulia, Segretarju Parlamentari ghas-Self-Employed u minn ufficjali tal-Ministeru tal-Finanzi. |
Huwa mifhum li l-laqgha tintemm ghal xi d-9.30 p.m.
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900