Appogg ghall-inizjattivi ta' gruppi teatrali
PR977
26/05/1997
| 'Id-drama, it-teatrin jaghti sens ta' komunita' u huwa wkoll | depozitarju ta' tradizzjonijiet u ta' kultura ta' poplu.' |
| Dan qalu s-Segretarju Parlamentari, l-Onor. Joe Cilia meta kien qed | jitkellem fl-Oratorju ta' Birkirkara waqt attivita` li ttelghet mill-grupp teatrali Maratturi, fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, flimkien mal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara mis-sensiela 'Teatru Ghal Kulhadd'. |
| L-Onor. Cilia beda biex qal kif il-Griegi tal-qedem kienu juzaw il-medium | tad-drama biex ikattru l-kultura Ellenika u biex mhux biss jedukaw il-poplu izda anke biex inisslu fih sens ta' komunita`. |
| L-Onor. Cilia kompla jenfasizza li hu l-hsieb tieghu li joffri kull | appogg u kull ghajnuna ghall-inizjattivi bhal dawn ghax hija x-xewqa tieghu li titkattar il-partecipazzjoni popolari, specjalment fost iz-zghazagh. Avvenimenti bhal dawn jaghtu lok ghall-amalgamazzjoni bejn zghazagh li ghadhom jibdew u atturi ohra b'izjed esperjenza, biex jibqghu hajjin it-tradizzjonijiet popolari f'dan is-settur. |
| L-Onor. Cilia sahaq fuq il-htiega ta' attivitajiet kulturali bhal | dawn, anke biex f'din l-era ta' bumbardament televisiv barrani bla waqfien tibqa' hajja x-xitla Maltija. |
| L-Onor. Cilia ghalaq billi radd hajr lil dawk kollha li taw | sehemhom biex jinkiseb dan is-success. |
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900