Left arrow Go Back

Memorandum tal-Caritas dwar zghazagh li qed isegwu programmi ta' Ri-abilitazzjoni mid-droga

PR971
Date Icon 24/05/1997
Il-CARITAS accettat proposta tal-Prim Ministru biex tressaqMemorandum lill-Gvern bil-proposti dwar zghazagh li qeghdin isegwu korsijiet ta' rijabilitazzjoni mid-droga. Dan il-Memorandum ikun jinkludi proposti biex jinbidlu l-ligijiet b'mod li jkunu jirriflettu l-bidliet li kien hawn fis-socjeta' u l-mod kif il-process ta' rijabilitazzjoni mid-droga jirrifletti l-htigiet tas-socjeta'. Monsinjur Victor Grech qal li kien qed jittama li l-proposti tar-residenti tac-Centru ta' San Blas ikunu kkunsidrati favorevolment mill-Gvern biex dawk li qeghdin jattendu ghal dawn il-korsijiet isibu l-ghajnuna li tant ghandhom bzonn.
Il-Prim Ministru attenda ghal laqgha ma' zghazagh residentifil-kumpless ta' San Blas u l-genituri taghhom biex jisma' minghandhom l-esperjenzi, il-problemi u s-suggerimenti taghhom. Guvintur u tfajliet li qeghdin isegwu dan il-kors taw rakkonti dettaljati tal-hajja taghhom, kemm meta kienu waqghu fil-vizzju tad-droga, kif ukoll dwar l-esperjenzi taghhom f'dan ic-centru.
Iz-zghazagh tkellmu dwar il-problemi li jiffaccjaw meta jigu biexjohorgu minn San Blas, dwar problemi li jiltaqghu maghhom biex isibu impieg minhabba l-kondotta taghhom u dwar problemi ta' akkomodazzjoni meta jippruvaw jiffurmaw familja wara li jkunu segwew il-kors taghhom. Kelliem ghall-genituri esprima l-ansjeta' li jghaddu minnha l-genituri meta wliedhom jinqabdu fil-problema tad-droga u talab lill-Gvern biex jinbidlu certu regolamenti ezistenti li qeghdin ixekklu 'l uliedhom flok jghinuhom johorgu minn dan il-vizzju.
Il-Prim Ministru qal li l-hidma tal-CARITAS 'tiswa mitqlu deheb' uenfasizza li hadd ma ghandu jkun eskluz mis-socjeta'. Il-Prim Ministru qal li ma jara l-ebda differenza bejn il-hidma tal-CARITAS u ta' ghaqdiet simili ohra u esprima l-appogg tal-Gvern u tal-poplu Malti u Ghawdxi lejn ix-xoghol siewi li qed taghmel din l-ghaqda.
Il-Prim Ministru qal li wiehed irid jifhem li s-socjeta' ingenerali ghandha certu biza' minn dawk li ghaddew minn dan il-vizzju, u ghalhekk huwa aktar importanti li l-CARITAS tispjega l-proposti taghha lill-pubbliku. Huwa importanti, sahaq il-Prim Ministru, li waqt li l-pubbliku jkun assigurat mis-sigurta' tieghu, jitqanqal dibattitu pubbliku dwar dan is-suggett biex inkunu nistghu nwasslu ghal bidliet li jista' jkun hemm bzonn.
Monsinjur Victor Grech irringrazzja lill-Prim Ministru talliattenda ghal din il-laqgha u "mhux biss qaghad jisma' dak li kellhom x'jghidulu r-residenti, izda hass go fih dak li qalulu r-residenti". Monsinjur Grech qal li l-CARITAS tapprezza l-appogg u l-hin li dejjem sabet minghand Dr. Sant sa mill-ewwel gurnata li ltaqghet mieghu. Monsinjur Grech temm jghid li kien qed jittama li hafna mill-proposti tar-residenti jitwettqu mill-aktar fis possibbli.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI  Inawgurata l-Librerija Pubblika tal-Imsida f’ambjent ġdid u aktar modern għall-istudenti u l-komunità

PR261910

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAL...

More Press Releases Right arrow