Zjara f'Malta ta' Hans Van den Broek
PR961
23/05/1997
| Hans Van den Broek, il-Kummissarju ta' l-Unjoni Ewropea | responsabbli mir-relazzjonijiet politici barranin, il-politika barranija u ta' sigurta' komuni u n-negozjati dwar it-tkabbir, ghandu jasal Malta nhar it-Tnejn wara nofs in-nhar ghal tahditiet dwar ir-relazzjonijiet futuri bejn Malta u l-Unjoni, mal-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent. |
| Matul iz-zjara tieghu, Dr Van den Broek se jiltaqa' wkoll mal-Prim | Ministru, Dr Alfred Sant u l-Kap ta' l-Oppozizzjoni, Dr Edward Fenech Adami, kif ukoll mar-rapprezentanti ta' l-industrija privata u korpi ohra. |
| Nhar it-Tnejn, Dr Van den Broek se jippartecipa fl-ewwel sessjoni | tal-Kumitat Parlamentari Kongunt bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, li se jkun qed jiltaqa' f'Malta fl-istess granet taz-zjara ta' Dr Van den Broek. |
| Qabel ihalli Malta nhar it-Tlieta, Dr Van den Broek se jaghti | Konferenza Stampa flimkien mal-Vici Prim Ministru fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, f'Palazzo Parisio. |
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900