Left arrow Go Back

Il-Malta Dairy Products titlob aggustament fil-prezzijiet tal-prodotti taghha

PR956
Date Icon 22/05/1997
Il-Ministeru tal-Finanzi u l-Kummerc gie mgharraf mill-Malta DairyProducts li l-kumpanija tinsab f'qaghda fejn ikollha terga' tressaq talba quddiem il-Gvern biex tkun tista' taggusta l-prezzijiet tal-prodotti taghha. Il-Kumpanija qed tghid li l-prezzijiet ilhom l-istess ghal ghadd ta' snin minkejja d-diversi zidiet li kien hemm fin-nefqa tal-produzzjoni l-aktar minhabba fiz-zidiet tal-materja prima, zieda fil-kummissjoni dovuta lid-distributuri, zieda fil-margini ta' profitti ghall-hwienet tal-merca u z-zidiet fil-pagi tal-170 impjegat taghha. L-ahhar zieda kienet saret fl-1994, waqt li l-prezz tal-yogurt ilu l-istess mill-1988 meta dal-prodott kien hareg ghall-ewwel darba.
Il-Malta Dairy Products qalet li mill-1 ta' Jannar ta' din is-senakellha zjieda wkoll fil-prezz tal-halib nej imhallas lir-rahhali u kompla jizdiedilha l-prezz tal-produzzjoni minhabba z-zjieda fil-pagi tal-haddiema. L-MDP qed tghid li kienet ilha li ressqet it-talba taghha sa mill-bidu ta' l-1996 lill-Gvern ta' qabel. Il-kumpanija qalet li tgharraf lill-gvern precedenti bil-qaghda mwieghra taghha, izda qalet li l-Gvern ta' qabel warrab din it-talba minhabba li kienet riesqa l-elezzjoni generali.

L-MDP qieghda taghmel din it-talba:

(a) li l-prezz bl-imnut ta' litru halib jizdied minn 26c ghal 28c5;

(b) li l-prezz bl-imnut ta' pinta halib jigi stabbilit b'16c3. Danjidhol minflok il-flixkun tal-halib li bhalissa jinbiegh 12c5.
Fit-30 ta' Mejju 1996 il-Malta Dairy Products kienet gharrfetlill-Gvern li mhux se tkun f'qaghda li tissokta tohrog il-halib fil-flixkun tal-pinta (568c.c.). Il-Gvern kien gie mgharraf ukoll li l-impjant li jibbottilja l-halib kien qadim hafna (fil-fatt kien inxtara mill-Gvern fl-1979) u kien jinsab f'qaghda mwieghra, hekk li ma setax jissewwa u kien qed johloq bosta problemi ta' nuqqas ta' ndafa tal-flixkun u minhabba f'hekk kienu qed jaslu bosta lmenti minn naha tal-konsumatur. Il-kumpanija lmentat ukoll li l-bejgh tal-fliexken tal-halib kien dejjem qed jonqos, tant li llum dan nizel ghal 15%.
Fl-10 ta' Lulju 1996, il-Gvern precedenti kien gie mgharraf lil-kumpanija kienet investiet f'magna ohra tal-kartun sabiex tkun tista' tiddiversifika l-produzzjoni taghha u ddahhal halib frisk pasturizzat fil-kartun tal-pinta. Il-magna ta' l-ibbottiljar tal-halib tal-flixkun qed tohloq hafna problemi fosthom waqfien fil-produzzjoni u hsarat li jnisslu biza' li ma johrogx il-halib ghall-konsumatur.
Fid-dawl ta' dawn it-talbiet il-Gvern qieghed jizen l-argumentimressqa bil-ghan ahhari li jsir gid lill-konsumatur minghajr ma jsir deni lill-kumpanija Malta Dairy Products li ghandha sehem krucjali mhux biss fil-provvista ta' halib bnin u tajjeb, izda wkoll fl-infrastruttura tal-qasam tal-biedja l-aktar ir-rahhala li jrid jigi zgurat l-ghajxien u l-ezistenza taghhom fl-ekonomija wiesgha tal-pajjiz.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

More Press Releases Right arrow