Left arrow Go Back

Servizz gdid mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura

PR950
Date Icon 22/05/1997
Bil-ghan li l-produzzjoni tal-hxejjex u frott tiehu xejra aktarxjentifika li tkun tista' tassigura lill-konsumatur prodotti aktar genwini, bnini u naturali bla ma ssir hsara lill-ambjent u li joffri dhul ahjar ghall-bdiewa, id-Dipartiment se jibda jaghti servizz komplet u personalizzat ta' pariri teknici prodott wara prodott.
Minn din il-gimgha stess l-ufficjali ta' l-Extension Servicetad-Dipartiment ser jibdew jigbru informazzjoni dwar il-bdiewa li jkabbru l-frawli sabiex qabel l-istagun li jmiss jkunu jistghu jinghatalhom pariri dwar il-varjetajiet l-aktar adattati ghar-raba taghhom u ghas-suq kemm lokali kif ukoll ghall-esportazzjoni, dwar in-nutrijenti mehtiega ghall-produzzjoni akbar skond kif ikun indikat mir-rizultati ta' l-analizi tal-hamrija.
Dan is-servizz gdid sar possibli billi t-taqsima ta' l-ExtensionServices giet imsahha bis-servizz ta' persuna professjonali kkwalifikata bl-oghla grad possibli. Dan is-servizz huwa mistenni li jkun estiz ghall-prodotti ohra f'qasir zmien. B'hekk dan is-servizz ghandu jkun ta' fejda kbira ghall-bdiewa u ta' gid ghall-konsumatur billi l-prodott Malti jkun jista' jilhaq l-oghla kwalita u jigi mwassal fis-suq fl-ahjar kundizzjoni possibbli. Il-poplu Malti jixraqlu li jkollu prodott Malti frisk, bnin u naturali.
Ghaldaqstant dawk il-bdiewa li qed jahsbu li jkabbru l-frawlifl-istagun li jmiss huma mhegga li jkellmu lill-ufficjali ta' l-Extension Service fl-ufficcju distrettwali - il-Mosta, ir-Rabat, is-Siggiewi u Haz-Zabbar jew fl-Ghammieri l-Marsa, sabiex jkun jistghu jibbenefikaw minn dan is-servizz.
Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, metadalghodu ltaqa' ma' l-ufficjali kollha ta' l-Extension Services gewwa l-Ghammieri. Huwa sahaq li l-ufficjali tad-Dipartiment ghandhom id-dover li jghinu lill-bidwi bil-pariri genwini taghhom. B'hekk il-bdiewa jibdew jharsu lejn dawn l-ufficjali bhala l-akbar hbieb taghhom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

More Press Releases Right arrow