Left arrow Go Back

Is-Segretarji Parlamentari ghal Ghawdex u ghad-Drittijiet tan-Nisa jiltaqghu ma' nisa Ghawdxin minn oqsma diversi tas-socjeta'

PR932
Date Icon 20/05/1997
Saret laqgha bejn Helena Dalli, Segretarja Parlamentarighad-Drittijiet tan-Nisa u Dr. Anton Refalo, Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex ma' nisa Ghawdxin minn oqsma diversi tas-socjeta fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex.
Kif kien thabbar qabel mis-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiettan-Nisa, Ms Helena Dalli, f'seminar dwar il-mara Ghawdxija li sar f'Ghawdex fl-4 ta' April, 1997, inhatret persuna fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, biex tressaq il-problemi partikulari tan-nisa Ghawdxin. Pass iehor ghandu jkun it-twaqqif ta' kumitat apposta.
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li hu apprezzal-inizzjattiva tas-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa ghax ihoss li jezistu problemi li huma partikulari ghan-nisa Ghawdxin.
Fost is-suggetti diskussi, kien hemm il-bzonn ta' aktar appogglill-familji fi krizi, specjalment bi problemi ta' vjolenza; li jkun hemm izjed koperazzjoni bejn il-volontarjat u d-dipartimenti tal-Gvern biex dan is-servizz jissahhah u tqajmet ukoll il-kwistjoni ta' courses ta' re-training li jsiru f'Malta u li nisa Ghawdxin li jahdmu u ghandhom responsabiltajiet familjari jsibuha difficcli biex jattendu ghalihom. Waqt din il-laqgha issemma' wkoll l-izvilupp ta' facilitajiet fejn jinzammu t-tfal ta' genituri li jahdmu barra mid-dar.
Sabiex dawn il-problemi u ohrajn jigu studjati aktar fil-fond, sejsiru proposti ghal pjan ta' azzjoni bil-ghan li tittejjeb il-qaghda tan-nisa Ghawdxin.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI  Inawgurata l-Librerija Pubblika tal-Imsida f’ambjent ġdid u aktar modern għall-istudenti u l-komunità

PR261910

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAL...

More Press Releases Right arrow