Assigurazzjoni tal-kwalita' tal-prodotti ghall-esportazzjoni
PR927
20/05/1997
| Espert Ingliz li jispecjalizza fl-assigurazzjoni tal-kwalita' ta' | prodotti ta' l-ikel ghamel zjara f'Malta. Dan bil-ghan li jkompli joghla l-livell tal-prodott Malti kemm ghas-suq lokali kif ukoll ghall-esportazzjoni. |
| Din iz-zjara giet koordinata bejn il-Ministeru tal-Biedja u Sajd u | l-Kumpanija M/M Exotics ta' l-Ingilterra li qed timporta hxejjex imkabbra f'Malta. |
| Matul iz-zjara tieghu f'Malta, is-Sur Jeffrey Hamman, tad-Ditta Hamman | Associates ta' l-Ingilterra kellu diversi laqghat mal-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, kif ukoll ma' numru ta' bdiewa u pitkala. Hu ha l-okkazjoni wkoll li jzur ic-Centru tal-Pitkalija, f'Ta' Qali, kif ukoll diversi supermarkets u hwienet f'Malta. |
| Il-Ministru Farrugia qal li l-Ministeru qed jiehu l-passi kollha | mehtiega biex jassigura li l-prodotti tal-biedja li jigu esportati minn Malta ghall-pajjizi Ewropej jkunu ta' l-aqwa livell u skond il-htigijiet tal-konsumaturi. |
| Il-Ministru Farrugia qal li is-Sur Jeffrey Hamman ghandu snin kbar | ta' esperjenza fil-qasam ta' l-assigurazzjoni tal-kwalita' ta' prodotti. Huwa hadem ghal bosta snin mad-ditta Marks and Spencer kif ukoll ma' supermarket chains maghrufa bhal Asda, Sainsbury u Tesco u ghandu esperjenza kemm f'prodotti tal-biedja kif ukoll hut, prodotti tat-tigieg u prodotti agrikoli manifatturati. |
| Il-Ministru Noel Farrugia sahaq fuq l-importanza li l-prodott Malti, | kemm dak fl-istil naturali tieghu, kif ukoll dak mahdum, jkun ta' livell gholi u pprezentat lill-konsumtur b'mod attraenti u professjonali. |
| Il-Ministru temm jghid li s-Sur Jeffrey Hamman se jerga' jigi Malta | fil-futur biex flimkien ma' l-ufficjali ta' l-Extension Service tad-Dipartiment ikompli jaghti pariri siewja lill-produtturi u esportaturi Maltin f'dan il-qasam hekk importanti. |
Other Press Releases:
PR261900
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...
PR261899en