Left arrow Go Back

Seminar dwar l-Industrija tal-Manifattura f'Ghawdex

PR922
Date Icon 19/05/1997
Il-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant indirizza Seminarf'Ghawdex bit-tema 'Sfidi u Soluzzjonijiet ghas-Settur tal-Manifattura f'Ghawdex'. Is-Seminar, li sar nhar is-Sibt 17 ta' Mejju, kien organizzat mill-Fondazzjoni Anton Buttigieg u mill-Fondazzjoni Mikiel Anton Vassalli.
Is-Seminar ipprova jidentifika permezz ta' kelliema ewlenin,il-problemi tal-qasam tal-manifattura fil-gzira u l-isfidi li dan is-settur irid jiffacja fil-futur.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern tieghu jemmen li l-industrijaf'Ghawdex ghandha potenzjal u ghandha futur. Huwa qal li l-potenzjal uman fil-gzira huwa rizors mill-iktar importanti u ghandu jinghata kull spazju u possibilta' biex jizviluppa. Il-Prim Ministru qal li l-periferalita' ta' Ghawdex hija problema izda jekk ma jkunx hemm inizjattiva personali lanqas ma jista' jkun hemm progress.
Dr.Alfred Sant qal li l-Gvern lest li jaghti kull ghajnuna liloperaturi li juru inizjattiva favur l-izvilupp ta' dan il-qasam. Huwa tkellem dwar kif il-progress ekonomiku f'Ghawdex huwa integrat u ghalhekk hemm bzonn li iktar turisti li jzuru Malta jzuru wkoll Ghawdex ghaliex b'dan il-mod igawdi wkoll is-settur industrijali.
Fis-seminar tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex,Dr.Anton Refalo li rrefera ghal dawk li sejjah problemi li tiffacja l-attivita' ekonomika t'Ghawdex minhabba d-distanza minn swieq kbar u b'sahhithom. Huwa qal li l-Gvern jirrikonoxxi din is-sitwazzjoni u wkoll il-bzonn li jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' trasport bejn Malta u Ghawdex, kif jistqarr il-Programm Elettorali.
Dr.Refalo emfasizza l-htiega ta' diversifikazzjoni ikbarfl-attivita' industrijali u qal li d-dipendenza fuq numru zghir ta' fabbriki li l-parti l-kbira taghhom huma tat-tessuti, tqieghed l-impiegi ta' dan is-settur f'qaghda vulnerabbli ghal kull caqliq li jsehh barra minn Malta. Ghalhekk, qal Dr.Refalo, huwa importanti li l-istruttura industrijali tkun imwessa' u ffokata fuq attivitajiet li huma sostenibbli, mill-aspett ekonomiku kif ukoll minn dak ambjentali.
Parti mill-hidma tal-Gvern favur l-industrija f'Ghawdex tinkludit-tkabbir tas-servizzi fil-gzira mill-Korporazzjoni Maltija ghall-Izvilupp filwaqt li qed ikun identifikat ukoll x'ghajnuna tista' toffri l-Malta Export Trade Corporation. Sadanittant hemm pjanijiet ghal zoni godda f'Ghawdex, li jistghu jigu zviluppati f'oqsma ghall-industriji z-zghar.
Kelliema ohra fis-Seminar kienu l-Ministru ta' l-IndustrijaDr.John Attard Montalto, il-Professur Lino Briguglio, is-Sur John Magro f'isem Magro Group u rapprezentant tal-Kumpanija Merit (Malta) li topera mill-qasam industrijali tax-Xewkija.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  The Second Contact Committee Activity on Migration

PR261899en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE The Second Contact Committee Ac...

More Press Releases Right arrow