Xoghlijiet pubblici fid-Dipartimenti tal-Casualty u ta' l-Emergenza fl-Isptar Generali ta' Ghawdex
PR911
16/05/1997
| Bhalissa ghaddejja hidma ta' xoghlijiet fid-Dipartiment tal-Casualty, | fl-Isptar Generali ta' Ghawdex. Din il-hidma qed issir fuq konsultazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' Kumitat li gie mwaqqaf dan l-ahhar fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex. Dan il-Kumitat jiehu hsieb jaghti pariri ta' kif jistghu jkunu attrezzati ahjar uhud mis-swali biex jitharsu kif inhu xieraq il-bzonnijiet akuti u tinlahaq id-domanda li iktar qed tikber ghas-servizz ta' kura u sahha. |
| Ix-xoghol ser jigi imwettaq f'zewg fazijiet. Fl-ewwel fazi qed isir | tibdil f'sezzjonijiet tal-casualty fejn qabel kien hemm id-Dipartiment tal-Fizjoterapija, sabiex johloq iktar spazju u tizdied l-efficjenza. It-tieni fazi hija l-immodernizzar tad-Dipartiment ta' l-Emergenza nnifsu. |
| Ix-xoghol li tlesta sa issa huwa ta' tip strutturali, li jinkludi | s-sistema tal-ossigenu u gass mediku, l-installazzjoni ta' sistema ta' l-elettriku u anke soffitt baxx. Dan id-Dipartiment ser jigi attrezzat tajjeb u b'apparat modern bhalma huma arja ikkondizzjonata, resuscitation couch, monitors, trolley u couches ghal pazjenti. Ix-xoghol hu mahsub li jitlesta sa l-ahhar tas-sena. |
| Minn zewg treatment rooms ta' emergenza issa ser ikun hemm | hamsa, li wahda minnhom tkun tintuza ghall-kazijiet ortopedici. Se tizdied ukoll resuscitation room ohra ma' dik li hemm illum. Hemm mahsub ukoll ufficcju ghat-tobba, waiting area u kamra tal-mistrieh ghall-istaff. |
| Il-Kumitat, bl-appogg shih tas-Segretarjat Parlamentari ghal | Ghawdex, qed ihares lejn servizz ahjar u iktar efficjenti lil 10,400 elf pazjent li jidhlu fl-Emergenza ta' l-Isptar Generali ta' Ghawdex kull sena. |
Other Press Releases:
PR261901
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...
PR261900