Left arrow Go Back

Diskussi l-Problemi taz-zghazagh u l-Housing

PR909
Date Icon 16/05/1997
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, qal li l-Ministerutieghu jinsab impenjat biex jeduka liz-zghazagh biex jahsbu minn kmieni ghad-dar futura taghhom. Huwa qal li z-zghazagh ghandhom ukoll japprezzaw li l-art fil-pajjiz hija limitata.
Is-Sur Portelli qal dan waqt laqgha li kellu mas-Sur JosefButtigieg, ufficjal mill-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh, li saret fil-Ministeru f'Beltissebh. Din il-laqgha saret bil-ghan li jigu esplorati l-htigiet socjali taz-zghazagh dwar il-qasam tad-djar.
Is-Sur Buttigieg, filwaqt li apprezza l-interess tal-Ministrufil-problemi taz-zghazagh, qal li hemm htiega kbira li l-problemi socjali konnessi mal-qasam tad-djar isiru aktar maghrufa maz-zghazagh. Huwa ghalhekk ippropona li esperti mill-Ministeru jmorru jaghtu lectures fil-kors tal-"Youth Studies" fl-Università. Huwa wera x-xewqa wkoll li tigi organizzata konferenza nazzjonali dwar il-housing u z-zghazagh.
Il-Ministru wieghed li kien se jikkonsidra dawn il-proposti. Huwasahaq fuq il-htiega li l-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh jigu 'l quddiem bil-proposti tieghu biex b'hekk il-Gvern ikollu stampa cara tal-htigiet taz-zghazagh fl-aggornament tal-politika tieghu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

More Press Releases Right arrow