Left arrow Go Back

L-Onor. Joe Cilia izur il-Marsascala Sports Club

PR900
Date Icon 16/05/1997
Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti, l-OnorJoe Cilia, dan l-ahhar zar il-Marsascala Sports Club f'Wied il-Ghajn.
L-Onor Cilia tkellem mal-kumitat fejn gie mgharraf bil-problemi lighaddiet minnhom il-pixxina f' dawn l-ahhar snin. Hu gie infurmat bil-progressi li l-kumitat ghamel fl-innovazzjoni u fit-tindif generali li nghatat il-pixxina, li sa ftit ta' snin ilu kienet sejra tinghalaq u titwaqqa.
Il-kumitat spjega lill-Onor. Cilia li qed ikollu konkorrenza kbiraminn zghazagh u tfal li qed jippratikkaw l-isport ta' l-ghawm u l-interess li qed ikollhom l-istess genituri tat-tfal fl-Isports Club. Il-kumitat spjega kif fil-futur qarib sejjer ihaddem sistema ta' heating biex dan l-isport jigi pprattikat anke fix-xhur tax-Xitwa.
L-Onor Cilia ferah lill-kumitat ta' l-inizzjattiva li ha u tax-xogholkbir li ghamel meta fassal image gdida ghal din il-pixxina, li kien hawn min kellu interessi ohra mhux accettabbli dwarha.
Is-Segretarju Parlamentari tkellem mal-kumitat dwar it-titli tal-premisestaghhom u avvza lill-kumitat li qed ikollu diskussjonijiet ma' l-Assocjazzjoni ta' l-Ghawm, l-A.S.A., dwar din il-possibiltà.
L-Onor Cilia gie mdawwar mal-pixxina fejn seta josserva l-innovazzjonijietu t-tindif li sar mill-Kumitat u voluntiera tal-Marsascala Sports Club.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  The Second Contact Committee Activity on Migration

PR261899en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE The Second Contact Committee Ac...

More Press Releases Right arrow