Left arrow Go Back

Parir ta' l-Avukat Generali dwar il-Kaz ta' Ciro del Negro

PR887
Date Icon 14/05/1997
Il-gurnal In-Nazzjon fis-17 ta' April 1997 kiteb lill-PrimMinistru Dr. Alfred Sant biex jitlob li jkollu access ghal taghrif li ghandu l-Gvern dwar it-tnehhija ta' l-exempt status lil Ciro Del Negro moghti lilu mill-ex Prim Ministru Dr. Eddie Fenech Adami fit-3 ta' Marzu 1995.
L-Ufficcju tal-Prim Ministru kiteb lill-Avukat Generali Dr. AnthonyE. Borg Barthet dwar it-talba ta' In-Nazzjon. L-Avukat Borg Barthet wiegeb lill-Prim Ministru u qallu li huwa ra l-file ta' l-Expatriate Division ta' l-OPM u files ohrajn tal-Korp tal-Pulizija u ta dan il-parir:
"Waqt li jiena ma ghandi xejn kontra li johrog taghrif dwaris-Sur Del Negro, il-files imnizzlin taht Sezzjoni 47(2) (a) tal-Ligi ta' l-Istampa ma ghandhomx johorgu góaliex jikxfu taghrif riservat minn Awtoritajiet barranin u jippregudikaw l-istharrig tal-Pulizija."

Il-Prim Ministru qed jimxi mal-parir ta' l-Avukat Generali tar-Repubblika.

L-Ufficcju tal-Prim Ministru jistqarr ukoll li l-ebda taghrif magie mghoddi lill-ebda gurnalist fl-investigazzjoni dwar il-kaz tad-Djarju ta' Ciro Del Negro. Il-Prim Ministru jichad l-allegazzjoni infondata tal-gurnal In-Nazzjon ta' llum 14 ta' Mejju 1997 li "l-Prim Ministru deherlu li kellu jghaddi bl-aktar mod diskriminatorju f'idejn gurnalist Malti (ittra mibghuta minn Ciro Del Negro lill-Prim Ministru fl-4 ta' Novembru 1996) u johrog dak li jaqbel lill-Partit Laburista." Il-Prim Ministru qed jirriserva d-dritt li jiehu passi legali kontra l-gurnal In-Nazzjon.
L-Ufficcju tal-Prim Ministru jikkonferma li fl-4 ta' Novembru 1996waslitlu ittra minghand Ciro Del Negro dwar it-trattament li kien inghata mill-Gvern precedenti.
Fis-17 ta' Jannar 1997 il-Prim Ministru kiteb lill-Avukat EdgarMizzi dwar "id-diversi kazi ta' allegata korruzzjoni, ta' abbuz ta' poter u ta' decizjonijiet amministrattivi importanti li ma ittihdux skond normi ta' responsabbilita', prudenza u accountability serja, kif tqajmu mill-Oppozizzjoni Laburista fis-snin ta' qabel l-elezzjoni ta' Ottubru 1996".
Fost dawn kien hemm "l-allegazzjonijiet li kien hemm nies qribta' Ministri tal-Gvern precedenti li kienu nvoluti fit-traffikar tad-droga u l-mod kif dawn l-allegazzjonijiet gew investigati".
L-ittra ta' Del Negro u kull korrispondenza li waslet ghand il-PrimMinistru dwar il-kaz giet mghoddija lill-Avukat Edgar Mizzi ghall-parir professjonali tieghu.
Fil-parir tal-kaz klassifikat bhala 'Allegazzjoni ta' konnessjonibejn id-droga u Delegazzjonijiet Ministerjali, u qraba u hbieb ta' Ministri u ufficjali tal-Partit Nazzjonalista', l-Avukat Mizzi ta dan il-parir lill-Prim Ministru fl-4 ta' April, 1997:
"...huwa l-parir tieghi li l-fatti dwar dan il-kaz iridu jiguinvestigati aktar; u li, sew minhabba n-natura ta' dawn il-fatti kemm ghaliex jekk dawn il-fatti jirrizutlaw veri l-objettiv principali ghandu jkun li min kiser il-ligi ghandu jiehu li haqqu, din l-investigazzjoni ghandha ssir mill-Pulizija. Din hija l-organizzazzjoni l-aktar u l-ahjar attrezzata ghal dan il-ghan; u jekk qabel kien hemm xi suspett li l-Pulizija ma mexxietx ghal ragunijiet politici, dan is-suspett illum m'ghadux aktar raguni li jezisti. Ghalhekk ir-rakkomandazzjoni tieghi hija li l-Pulizija tkompli bl-investigazzjoni taghha u li jigu assigurat li dan isir skond il-ligi."
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI  Malta Miegħek: Titnieda l-Istrateġija Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu 2026–2036

PR261900

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-MOBBILTÀ SOSTENIBBLI Malta Miegħek: Titnied...

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  The Second Contact Committee Activity on Migration

PR261899en

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE The Second Contact Committee Ac...

More Press Releases Right arrow