Prezentazzjoni ta' basal tal-fjuri mill-Olanda
PR884
13/05/1997
| B'rizultat ta' diskussjonijiet li l-Ministru tal-Biedja u Sajd, | Noel Farrugia, kellu dan l-ahhar fl-Olanda, biex tinkiseb ghajnuna ghall-progetti li l-Ministeru ghandu f' diversi oqsma, ditta kbira u rinomata Olandiza tal-fjuri, il-Kapiteyn, permezz tar-rapprezentant taghha f' Malta, is-sur Peter Calamatta, ghamlet ghotja ta' diversi tipi ta' basal tal-fjuri ta' varjetajiet differenti. Dawn ser jithawlu f'Howard Gardens, il-gnien ta' San Duminku, il-Barrakka ta' Fuq, il-Barrakka ta' Isfel u Kastilja. |
| F' hidma biex jitjieb u jissebbah aktar l-ambjent Malti, dan l-ahhar | il-Ministru Farrugia, waqqaf kumitat apposta li nghata l-isem ta' Urban and Rural Landscaping Committee .Dan il-kumitat diga' beda l-hidma tieghu u qeghdin isiru pjani ta' kif ghandu jtejjeb l-ambjent urban u rurali. |
| B' hidma serja u b'aktar interess biex jissebbhu u jinghataw dehra | ahjar id-diversi gonna, pjazez u lokalitajiet ohra f' dawn il-Gzejjer mhux biss jinholoq dehra ta' ambjent isbah, imma anki l-barranin li jzuruna jkunu jistghu japprezzaw aktar l-ambjent ta' pajjizna. Qeghda tigi studjata wkoll il-possibilita' li ghelieqi abbandunati jigu wzati bhala gonna ta' fjuri minn nies ta' l-ibliet li m'ghandhomx l-opportunita' li jgawdu dan fi djarhom. |
| Il-Kumitat tal-Urban and Rural Landscaping qieghed wkoll | jistudja kif din il-hidma titwettaq wkoll fuq mumru ta' toroq principali biex dawn jinghataw dehra aktar attraenti, billi jigu msebbha kemm b'sigar adattati u kif wkoll bil-ward, biex hekk jinholoq passagg imhaddar fost il-bliet u l-irhula taghna. |
| Il-Ministeru qed jappella lill-pubbliku Malti kollu biex jikkopera | ma' din il-hidma li qieghda issir minn naha tal-Ministeru tal Biedja, billi mhux biss ma jaghmilx hsara lis-sigar jew jaqta' fjuri minn postijiet pubblici, imma li jharishom minn kull tip ta' vandalizmu. |
Other Press Releases:
PR261898
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malt...
PR261897