Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Taħriġ dwar l-użu tal-klieb fit-terapija u fl-iskejjel b’appoġġ mill-iskema SIS

PR261897
Date Icon 11/11/2026

Is-Service Dogs Malta Foundation organizzat taħriġ ta’ tlett ijiem dwar l-użu tal-klieb fit-terapija u fl-appoġġ lil persuni b’diżabilità, b’enfasi partikolari fuq l-iskejjel. Dan it-taħriġ sar fiċ-Ċentru tal-Volontarjat Jake Vella f’Raħal Ġdid, b’kollaborazzjoni mal-fondazzjoni Ungeriża With Dogs For a Smile.

 

Din l-inizjattiva twettqet permezz ta’ finanzjament mill-Iskema ta’ Appoġġ għal Inizjattivi Żgħar (SIS), amministrata mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS). 

 

Preżenti għal sessjoni minnhom, kien hemm il-Ministru Julia Farrugia, il-Ministru Byron Camilleri u s-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja u l-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandolo. 

 

Il-programm ta’ taħriġ għaqqad it-tagħlim teoretiku ma’ sessjonijiet prattiċi biex il-parteċipanti jsaħħu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom fil-ħidma ma’ klieb imħarrġa biex joffru appoġġ f’ambjenti edukattivi u terapewtiċi. Fost is-suġġetti li ġew indirizzati kien hemm ir-relazzjoni bejn il-bniedem u l-kelb, l-għażla u t-taħriġ tal-klieb, kif ukoll il-kura veterinarja, l-iġjene u l-benesseri tal-annimali.

 

Ingħatat ukoll attenzjoni lill-appoġġ lil persuni fuq l-ispettru tal-awtiżmu u lil persuni b’diffikultajiet fis-smigħ. Permezz ta’ analiżi ta’ filmati, logħob u eżerċizzji prattiċi, il-parteċipanti esploraw kif dawn il-klieb jistgħu jintużaw f’attivitajiet strutturati skont il-ħtiġijiet tal-persuna.

 

It-tielet jum iffoka fuq il-kollaborazzjoni mal-iskejjel primarji u l-inklużjoni ta’ tfal bi bżonnijiet edukattivi speċjali. Dan inkluda t-tħejjija ta’ lezzjonijiet b’attivitajiet li jinvolvu l-klieb u dimostrazzjoni ta’ lezzjoni tal-matematika bl-għajnuna ta’ kelb imħarreġ għal dan l-għan. Il-programm indirizza wkoll opportunitajiet ta’ volontarjat għaż-żgħażagħ.

 

Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia enfasizzat li l-investiment fit-taħriġ tal-għaqdiet volontarji jgħin biex jinħolqu aktar opportunitajiet ta’ appoġġ u parteċipazzjoni għall-persuni b’diżabilità. “L-inklużjoni tissaħħaħ meta nagħtu lin-nies l-għodod u l-ħiliet biex joffru appoġġ li jagħmel differenza fil-ħajja ta’ kuljum. Permezz ta’ din l-inizjattiva qed ngħinu biex l-għarfien speċjalizzat jasal għand min jista’ jużah fl-iskejjel u fil-komunità. L-appoġġ finanzjarju tagħna lill-għaqdiet volontarji qed jissarraf f’opportunitajiet konkreti ta’ taħriġ u f’servizzi aktar b’saħħithom,” qalet il-Ministru Farrugia.

 

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, Byron Camilleri qal, “Kull persuna hija differenti u għandha l-bżonnijiet partikolari tagħha. Għalhekk, huwa essenzjali li permezz ta’ dawn is-service dogs, inkomplu noffru l-appoġġ meħtieġ lill-istudenti u lill-persuni li jeħtieġuh. Dawn il-klieb jistgħu jagħmlu differenza sinifikanti fil-ħajja ta’ dawn il-persuni, billi jgħinuhom jegħlbu l-isfidi ta’ kuljum u jgawdu minn aktar opportunitajiet. B’hekk, inkomplu naħdmu biex nibnu soċjetà aktar inklussiva, fejn kull persuna jkollha l-opportunità li tiżviluppa l-potenzjal tagħha, filwaqt li niżguraw edukazzjoni li verament tilqa’ l-bżonnijiet ta’ kulħadd.”

 

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ħarsien tal-Annimali, Alicia Bugeja Said stqarret li s-Service Dogs għandhom rwol importanti biex jgħinu lil diversi persuni fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Hija nnutat b’sodisfazzjon li dan it-taħriġ kien iffukat mhux biss fuq l-assistenza li jingħataw dawn l-annimali, iżda wkoll fuq il-ħarsien u l-benesseri tagħhom, l-iġjene, il-kura veterinarja u aspetti oħra relatati mad-drittijiet tal-annimali.

 

Għal dan il-programm ġew Malta trainers mill-organizzazzjoni Ungeriża li qassmu l-għarfien u l-esperjenza tagħhom mal-parteċipanti. L-organizzazzjoni, ibbażata f’Kecskemét, taħdem fit-taħriġ ta’ klieb ta’ assistenza u torganizza programmi għat-tfal, żjarat bil-klieb u attivitajiet għall-familji, bil-għan li ssaħħaħ ir-relazzjoni pożittiva bejn il-bniedem u l-kelb.

 

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR   Taħriġ dwar l-użu tal-klieb fit-terapija u fl-iskejjel b’appoġġ mill-iskema SIS
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR   Taħriġ dwar l-użu tal-klieb fit-terapija u fl-iskejjel b’appoġġ mill-iskema SIS
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR   Taħriġ dwar l-użu tal-klieb fit-terapija u fl-iskejjel b’appoġġ mill-iskema SIS
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U SPORT U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FIL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA, L-AMBJENT U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR   Taħriġ dwar l-użu tal-klieb fit-terapija u fl-iskejjel b’appoġġ mill-iskema SIS
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Fi Brussell, il-Ministru Clint Camilleri jinsisti sabiex il-politiki Ewropej jirriflettu r-realtajiet tal-gżejjer

PR261896

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fi Brussell, il-Ministru Clint Camil...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’aktar attrazzjonijiet għall-familja kollha

PR261895

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...

More Press Releases Right arrow