Stqarrija mill-Ministeru tal-Biedja u Sajd dwar l-impatt tad-Dhul ta' Malta fil-Komunita' Ewropea fuq is-settur tal-Biedja
PR882
13/05/1997
| B'riferenza ghal dak li ntqal mill-Kap ta' l-Oppozizzjoni u mill-kelliema | Nazzjonalisti nhar il-Hadd 4 ta' Mejju 1997, u kif irrapurtat fuq il-mezzi lokali ta' komunikazzjoni, il-Gvern Malti jirrikonoxxi li Malta ghandu jkollha l-ahjar rabtiet ma' l-Unjoni Ewropea. Dan hu l-messagg li l-Gvern wassal b'mod car lill-poplu. |
| B'danakollu, fl-interess nazzjonali, il-Gvern ma jista' qatt | iwarrab ir-realtajiet ta' gziritna, realtajiet li jinteressaw, fost oqsma ohra imma b'mod partikulari, lill-biedja u s-sajd. |
| Il-biedja u s-sajd Maltin ghandhom diversi zvantaggi naturali kbar, | li jafhom kulhadd. Dawn il-kundizzjonijiet ixekklu b'mod partikolari l-partecipazzjoni ta' dawn is-setturi fis-suq uniku ta' l-Unjoni Ewropea fejn ir-regoli ta' dan il-blokk japplikaw ghal setturi kbar imma mhumiex daqshekk adatti biex japplikaw ghac-cirkostanzi ta' Malta. Wiehed jista' josserva li anki f'pajjizi kbar ir-regoli tas-Suq Ewropew ixekklu numru kbir ta' bdiewa u rahhala tant li nafu li 80% tal-fondi jmorru ghand 20% biss tal-bdiewa u rahhala waqt li 80% tal-bdiewa u rahhala jibbenefikaw minn 20% biss. |
| Din hi sitwazzjoni li titlob li Malta tiehu posizzjoni aktar kawta | u mhux kif kien originarjament ipprogrammat. Waqt li qabel ma kienitx inhasset il-htiega ta' perijodu ta' transizzjoni ghall-prodotti bhal majjal, tigieg, bajd u nbid, l-ghaqal u s-sens komun igieghluna nahsbu u nagixxu mod iehor. |
| Fil-fatt, il-Gvern ta' qabel kien inghata pariri fuq pariri minn | esperti tal-FAO li bid-dhul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea hafna mis-setturi fil-biedja Maltija kienu jinqerdu ghal kollox bil-kompetizzjoni ta' Suq Wiehed. Dan kien previst li jigri anke fil-kaz li jkun hemm perijodu ta' transizzjoni xieraq. L-esperti tal-FAO ghamluha cara li s-setturi tat-tigieg, bajd, majjal, frott u haxix, fosthom anke l-patata, kienu jispiccaw ghax ma kienux ikunu jistghu jikkompetu qatt mal-prezzijiet ta' prodotti mpurtati minghajr levy, mizura generali li kellha tispicca bil-fors mad-dhul ta' Malta fil-Unjoni Ewropea. |
| U hawn wiehed jista' jsemmi l-ezempji. Minkejja l-krizi, minhabba | mard serju, fis-suq tal-majjal fl-Olanda l-prezzijiet ghadhom tista' tghid irhas minn dawk f'Malta, u dan minkejja li dawn il-prezzijiet sa mill-bidu tas-sena gholew sewwa. |
| Ghalhekk mill-punt ta' shubija fl-Unjoni Ewropea, is-sitwazzjoni | ghall-biedja Maltija ma tista' qatt tkun sabiha. Hija wkoll preokkupanti ghall-Gvern ghax mhux talli ma sarux il-preparamenti mehtiega mill-amministrazzjoni precedenti, imma l-istess setturi, li ma kienx hemm il-hsieb ghal talba ta' transizzjoni xierqa, huma mfarrka ghall-ahhar |
| Xi jfisser dan? Ifisser li hafna rahhala u bdiewa jitilfu l-ghixien | taghhom darba ghal dejjem barra li, minhabba l-istess effett, il-biedja tispicca minn gziritna. |
| Ghaldaqstant, kulhadd ghandu jirrealizza li l-ahjar politika | ghas-setturi tal-biedja u sajd Malti - fl-interess tas-setturi nfushom u b'mod partikolari ghall-produtturi - hi dik adottata mill-Gvern prezenti. It-tishih ta' dawn is-setturi bhala parti minn zvilupp sostenibbli ta' gziritna, it-titjib u d-diversifikazzjoni ta' prodotti f'diversi linji, u l-esportazzjoni ghal niche markets fl-oqsma ta' l-esportazzjoni bi prezzijiet u arrangamenti li jassiguraw qligh gust lill-bdiewa, rahhala u sajjieda, huma l-linji li rridu nizviluppaw, insahhu u niehdu hsieb. |
| Dan il-Gvern beda b'success inizjattivi ta' din ix-xorta. Hu se | jkompli jsahhah dan bil-hsieb u b'investimenti ghaqlin fl-infrastruttura mehtiega, u b'orjentazzjoni moderna tal-Ministeri u d-Dipartimenti tieghu kollha. |
Other Press Releases:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906