Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Ministru Owen Bonnici fil-Kuwajt biex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali u l-kollaborazzjoni fis-settur tal-akkomodazzjoni

PR261907
Date Icon 12/11/2026

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet Owen Bonnici temm żjara uffiċjali fl-Istat tal-Kuwajt li saret bejn it-8 u l-11 ta’ Novembru 2026, li matulha kellu diversi laqgħat uffiċjali u żjarat f’diversi siti bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Kuwajt u jiġu esplorati opportunitajiet ġodda ta’ kollaborazzjoni u skambji ta’ għarfien b’mod partikolari fis-settur tal-akkomodazzjoni.

 

Il-Ministru Bonnici ltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Muniċipali u għall-Akkomodazzjoni tal-Kuwajt, l-Inġinier Abdul Latif Al-Meshari. Matul din il-laqgħa ġew diskussi l-esperjenzi taż-żewġ pajjiżi fil-qasam tal-akkomodazzjoni, l-ippjanar residenzjali u l-possibiltajiet ta’ skambju ta’ għarfien u kompetenza.

 

Il-Ministru Bonnici ltaqa’ wkoll mal-Membri tal-Familja Rjali Sheikh Dr Mohammad Sabah Al-Salem Al-Sabah, li serva wkoll bħala Prim Ministru tal-Kuwajt, u Sheikh Mubarak Abdullah Al-Mubarak Al-Sabah.

 

Dawn il-laqgħat komplew jikkonfermaw ir-rabtiet ta’ ħbiberija u rispett bejn Malta u l-Kuwajt u l-importanza li dawn ikomplu jissaħħu.

 

Parti importanti mill-programm kienet ukoll iż-żjara f’diversi proġetti u siti ta’ żvilupp residenzjali taħt ir-responsabbiltà tal-Public Authority for Housing Welfare tal-Kuwajt.

 

Matul dawn iż-żjarat, il-Ministru Bonnici seta’ jara mill-qrib l-proġetti residenzjali li qed jiġu żviluppati fil-Kuwajt id f’id mas-settur privat, kif ukoll il-mod kif qed jiġu ppjanati u implimentati proġetti ta’ akkomodazzjoni fuq skala ikbar. Dawn iż-żjarat ipprovdew opportunità konkreta biex jiġu skambjati esperjenzi dwar l-ippjanar urban, l-infrastruttura u l-iżvilupp ta’ komunitajiet residenzjali sostenibbli.

 

Dr Bonnici ltaqa’ wkoll mas-Sotto-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tal-Kuwajt Hamad Al-Meshaan, fejn ġew diskussi r-relazzjonijiet bilaterali u l-possibiltajiet ta’ aktar kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

 

Il-Ministru Bonnici rringrazzja l-Istat tal-Kuwajt għall-ospitalità u l-kollaborazzjoni tagħhom matul din iż-żjara. Din iż-żjara tikkonferma l-impenn ta’ Malta li tkompli ssaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha mal-Kuwajt u taħdem biex il-ħbiberija storika bejn iż-żewġ pajjiżi tissarraf f’opportunitajiet konkreti ta’ kollaborazzjoni għall-benefiċċju taż-żewġ popli.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara mill-Ministru Owen Bonnici fil-Kuwajt biex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali u l-kollaborazzjoni fis-settur tal-akkomodazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara mill-Ministru Owen Bonnici fil-Kuwajt biex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali u l-kollaborazzjoni fis-settur tal-akkomodazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara mill-Ministru Owen Bonnici fil-Kuwajt biex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali u l-kollaborazzjoni fis-settur tal-akkomodazzjoni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara mill-Ministru Owen Bonnici fil-Kuwajt biex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali u l-kollaborazzjoni fis-settur tal-akkomodazzjoni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Aktar minn 200 tifel u tifla fil-fostering: Appell għal iktar ġenituri biex jidħlu għal din il-missjoni

PR261906

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar minn 200...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX  Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħod mid-dar għall-Għawdxin li jirċievu kura medika f’Malta u għall-qrabathom

PR261905

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Inawgurata Villa Lauri, dar ’il bogħ...

More Press Releases Right arrow