Kumitat konsultattiv jifli l-Wirt Storiku ta' Ghawdex
PR840
07/05/1997
| F'laqgha mas-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr.Anton Refalo, | il-"Kumitat Konsultattiv Dwar il-Wirt Storiku t'Ghawdex u c-Cittadella" ddiskuta l-iktar bzonnijiet urgenti li ghandhom jigu ndirizzati fil-qasam tal-wirt storiku tal-gzira. |
| Il-Kumitat gie ffurmat ricentement biex jirrapporta dwar dan | il-qasam. Huwa jaghraf illi Ghawdex huwa moghni b'monumenti storici li huma patrimonju kbir tal-gzira. Dawn il-postijiet ghandhom ikunu kkurati biex filwaqt li s-sbuhija taghhom ma tithalliex titmermer effett taz-zmien, jigu mharsa minn hsara ohra minhabba nuqqas ta' kontroll fuq gruppi li jzuruhom. |
| Dr.Anton Refalo qal li l-kumitat huwa wiehed mill-iktar kumitati | importanti li gew mahtura s'issa fi hdan is-Segretarjat tieghu. Huwa sahaq fuq il-bzonn ta' pjan ta' hidma li jkun jista' jitwettaq bil-ghaqal biex dawk l-oqsma tal-wirt storiku li sal-lum kienu minsija, jigu ndirizzati immedjatament. Fost l-ewwel xoghlijiet li ghandhom jitwettqu hemm it-thejjija ta' inventarju ta' oggetti esebiti fil-muzewijiet tac-Cittadella li sal-lum ma jezistix. |
| Il-Kumitat ghandu jissuggerixxi wkoll titjib fir-riorganizzazzjoni | tal-muzewijiet t'Ghawdex, xoghol li ghandu jtejjeb il-prezentazzjoni ta' dawn il-postijiet. Xoghlijiet estensivi huma ppjanati wkoll ghall-Mithna ta' Kola fix-Xaghra, li tehtieg restawr immedjat fl-istrutturi ta' l-injam. |
Other Press Releases:
PR261898
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Malt...
PR261897