Rapport dwar l-Isptar Generali ta' Ghawdex
PR829
06/05/1997
| It-tqassim ta' l-impjegati u l-possibilta' ta' titjib fl-istrutturi | ta' l-Isptar Generali t'Ghawdex bil-ghan li jitjiebu s-servizzi lill-pazjenti, se jkunu uhud mill-aspetti li se jistharreg Kumitat iffurmat apposta u li fi zmien qasir ghandu jressaq is-suggerimenti tieghu lis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex. |
| Il-Kumitat mistenni jipproponi sistema ta' kif is-servizzi ewlenin | ta' l-Isptar, jigifieri l-kura tal-pazjenti u s-servizzi medici jkunu integrati ahjar fi process wiehed li jassigura l-uzu effettiv tar-rizorsi. L-iskop huwa li s-servizzi fl-Isptar jinghataw b'iktar efficjenza u jirrispondu ahjar ghall-bzonnijiet tac-cittadin. |
| Fil-gimghat li gejjin membri tal-Kumitat se jkunu mpenjati | f'laqghat, fost l-ohrajn ma' ufficjali u impjegati ta' l-Isptar, assocjazzjonijiet professjonali u unions biex jigbru kull informazzjoni relevanti ghat-thejjija tar-rapport. |
| Il-Kumitat huwa ffurmat minn Dr Stephen Montfort Chairman, is-Sur | Frank Psaila, Segretarju Ezekuttiv u mis-Sur Joseph Borg, Dr Marvic Masini u s-Sur Godfrey Xuereb bhala membri. Is-Sur John Cremona huwa Assistent Segretarju Ezekuttiv. |
| L-Isptar Generali jaqdi mad-29,000 ruh fid-Dipartiment ta' l-Outpatients | u ghandu kapacita' ta' 260 sodda u total ta' madwar 680 impjegat. Is-servizzi tieghu huma wzati wkoll minn vizitaturi tal-gzira. Is-sena li ghaddiet ma' l-4800 pazjent gew ikkurati fis-swali ta' l-Isptar. Illum l-Isptar jnkorpora l-Isptar Ta' l-Ibragg, li jilqa' fih irgiel anzjani u pazjenti b'mard mentali. |
Other Press Releases:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906