Il-Ministru Michael Farrugia jiftah ufficjalment ufficju tal-MUMN f'Mt. Carmel Hospital
PR796
02/05/1997
| Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ta' l-Anzjani u Affarijiet | tal-Familja, Dr Michael Farrugia fetah ufficcjalment l-ufficcju tal-MUMN (Malta Union of Midwives and Nurses) fl-iSptar Monte Carmeli, kif ukoll iltaqa' ma' l-istaff mediku u paramediku. |
| F'kelmtejn ta' l-okkazjoni, il-Ministru Farrugia qal li ta' min | ifahhar inizjattiva bhal din li f'Jum il-Haddiem jinfetah ufficcju ghall-haddiem fuq il-post tax-xoghol, biex kwalunkwe problema, ilment jew suggeriment ikun jista' jressqu mill-ewwel. Fil-fatt fl-iSptar Monte Carmeli issa hemm tlett ufficini li jirraprezentaw it-tlett unions tan-nurses. |
| Il-Ministru qal ukoll li se jsir sforz biex in-nurses li | jitilqu mill-impjieg minhabba t-trobbija tat-tfal ikunu jistghu jidhlu lura fl-impjieg, billi sa' l-ahhar tas-sena ser jinfetah 'Child Care Centre' fl-iSptar San Luqa bhala Pilot Scheme. |
| Qed jigi identifikat xoghol li llum qed jaghmluh nurses u li | facilment jista' jsir minn gradi differenti, bhal xoghol klerikali. Bil-ghajnuna ta' nursing u paramendic aides, ward clerks u health assistants kif ukoll permezz ta' management ahjar, in-nurses jkunu jistghu jikkoncentraw aktar fuq xoghol relatat mas-settur propju taghhom. |
| Huwa qal ukoll li "bir-rizorsi li ghandna rridu nqassmu | x-xoghol sewwa l-ewwel qabel kollox ghas-sahha tal-pazjenti fl-isptarijiet taghna". |
| F'din l-okkazjoni tkellem ukoll il-president tal-MUMN li f'isem | shabu rringrazzja l-management u l-haddiema ghall-koperazzjoni biex ikun jista' jinfetah dan l-ufficcju u elenka numru ta' problemi li ghal snin shah ilhom jiltaqghu maghhom in-nurses. |
Other Press Releases:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906