30 sena ta' hidma fid-Dipartiment tal-Biedja
Matul din il-gimgha qed isiru xogholijiet ta' landscaping fir-Roman Baths gewwa l-Imgarr, Malta.
Dawn ix-xogholijiet huma kkordinati bejn id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-Maltese/Thuringien Association for Rural Youth Cooperation.
Din l-inizjattiva qieghda issir b'appogg ghall-hsieb li esprima l-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant, meta ltaqgha mal-Komunita ta' l-Imgarr ftit tal-gimghat ilu. Hu kien appella biex, f'postijiet fejn sfortunatament hemm wirt rurali abbandunat, ikunu l-ghaqdiet taz-zghazagh li jiehdu l-inizjattiva biex jirrestawrawhom.
Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd u Fundatur tal-Maltese/Thuringien Association for Rural Youth Cooperation, Noel Farrugia, meta llum kien mistieden flimkien ma' delegazzjoni numeruza ta' sebgha u tletin persuna ghand l-Ambaxxatur Germaniz f'Malta l-Eccellenza Tieghu is-Sur Gerhard Kunz.
Il-Ministru Farrugia esprima l-apprezzament tieghu ghall-ghajnuna li qed jestendi l-Ambaxxatur Germaniz biex jissebbah u jkun salvagwardjat l-ambjent naturali f'Malta. Hu spjega li fost inizjattivi ohra bhal dik ta' l-Organic Farming ghaddejja wkoll hidma mill-Maltese/Thuringien Association for Rural Cooperation sabiex promuturi ta' karozzi li jahdmu bl-energija tax-xemx jaghzlu lil Malta bhala centru mudell ta' kif dawn il-karozzi jistghu jigu utilizzati fil-hajja ta' kuljum minghajr ebda effett ta' tniggiz fuq l-ambjent.
Other Press Releases:
PR261897
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...
PR261896