Punti mid-diskors ta' l-Onor. Louis Buhagiar, Segretarju Parlamentari ghall-Kura ta' l-Anzjani fl-okkazjoni tal-Malta Ageing Forum - Villa Messina - Rabat
Meta tigi biex tezamina s-sitwazzjoni ta' l-anzjani f'Malta wiehed jista' jara li hemm certi fatturi li huma controllabli u prevedibbli u fatturi ohra incontrollabli u li ma tistax tipprevedihom.
Fattur prevedibbli hu l-fatt li l-familji qed jickienu u ghalhekk il-popolazzjoni tal-futur ser tkun aktar anzjana.
Fattur iehor prevedibbli huwa l-fatt li l-familji tal-futur ser jkollhom anqas zmien biex jiehdu hsieb il-familjari anzjani taghhom.
Problema li qed tinhass, hu l-fatt li jezisti nuqqas ta' rizorsi umani. Irridu nitghallmu nitrenjaw in-nies u nizvillupaw talenti godda fix-xoghol taghhom stess. Irid jizdied it-tahrig fuq il-post tax-xoghol, sabiex tizdied l-efficjenza.
L-anzjani ser ikunu dejjem aktar attivi u b'sahhithom u uhud ser jkunu jridu jibqghu jahdmu anke wara li jaghlqu l-wiehed u sittin.
Hemm domanda dejjem tikber ghal postijiet ta' kura ghall-anzjani f'istituzzjonijiet ta' dipendenza. U issa irridu nahsbu biex San Luqa jigi attrezzat bil mod il-mod biex jilqa' fih anzjani bi bzonn ta' kura.
L-anzjani narawhom aktar mobbli, isiefru aktar, jinvolvu ruhhom aktar. Fl-istess hin anzjani barranin jaghrfu aktar vantaggi fix-xitwa ta' Malta. Jekk dan isir irridu nilqghu ghalihom.
F'dak li huma pensjonijiet nifhem li is-sistema prezenti ser tkun dejjem aktar ikkrepata. Jidher li l-Maltin diga' qed jiehdu passi permezz ta' assigurazzjoni personali fuq bazi privati. Izda l-Gvern irid jassigura li permezz ta' ligijiet fil-qasam tal-konsumatur dawn l-iskemi jkunu ta minn jorbot fuqhom.
Other Press Releases:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906