Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru Malti favur Parlament Ewro-Mediterranju

PR582
Date Icon 03/04/1997

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal illum li biex il-process Ewro-Mediterranju jirnexxi jehtieg li jkunu involuti fih il-pajjizi kollha tal-Mediterran. Il-Prim Ministru Sant qal dan meta l-lejla indirizza l-Konferenza ghall-mexxejja Socjalisti tal-Grupp Parlamentari tar-regjun tal-Mediterran f'Barcellona bi thejjija ghall-Konferenza Ewro-Mediterranja li se ssir f'Malta dan ix-xahar. Dr. Sant qal li l-Konferenza Ewro-Mediterranja ta' Malta m'ghandhiex tkun Ewro-centrika, izda ghandha thares bla heda wkoll lejn l-interessi tal-girien taghha fil-Mediterran.

Il-Prim Ministru Sant qal lill-Konferenza li kif hemm Parlament Ewropew ghandu jkun hemm ukoll Parlament Ewro-Mediterranju sabiex jiehu hsieb l-interessi ekonomici, politici u socjali tar-regjun tal-Mediterran. Il-Prim Ministru qal li l-process Ewro-Mediterranju ghandu jkun qawwi aktar milli hu bhalissa billi jinholoq qafas ta' diskussjoni fil-Mediterran li jiehu hsieb problemi li jinqalghu fir-regjun, bhal nghidu ahna l-problema tal-Lvant Nofsani u l-Balkani.

Il-Prim Ministru qal li jekk jinholoq Parlament Ewro-Mediterranju jkun jista' jlahhaq aktar mal-problemi li qeghdin jheddulu s-sigurta' tieghu bhat-traffikar tad-drogi, it-traffikar ta' l-immigranti illegali, it-terrorizmu, it-tixrid ta' l-armi u l-kuntrabandu. Fuq kollox, il-Prim Ministru Malti semma t-thassib tieghu dwar it-traffikar tad-drogi li qed jikber fil-Mediterran u sahaq fuq il-htiega li l-Konferenza Ewro-Mediterranja ssib soluzzjoni ghal din il-problema tahraq li qed tifni liz-zghazagh tal-pajjizi tal-Mediterran. Il-Prim Ministru Malti qal lill-konferenza li Malta kienet kburija li qed tilqa' fi hdanha t-tieni Konferenza Ewro-Mediterranja u tkellem dwar is-siwi tal-politika Ewro-Mediterranja li jhaddan il-Gvern il-Gdid Malti.

Il-Konferenza ta' Barcellona saret lejlet it-tieni Konferenza Ewro-Mediterranja li se ssir f'Malta fil-15 u s-16 ta' April f'Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, il-Belt Valletta. It-tema tal-Konferenza kienet 'L-ewwel anniversarju tal-Konferenza Ewro-Mediterranja ghall-Paci fil-Lvant Nofsani."

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET  Żjara mill-Ministru Owen Bonnici fil-Kuwajt biex jissaħħu r-relazzjonijiet bilaterali u l-kollaborazzjoni fis-settur tal-akkomodazzjoni

PR261907

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA  Aktar minn 200 tifel u tifla fil-fostering: Appell għal iktar ġenituri biex jidħlu għal din il-missjoni

PR261906

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar minn 200...

More Press Releases Right arrow