Il-Prim Ministru f'Laqgha ta' tifsil ta' politika Ewro-Mediterranja f'Barcellona
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant ghada l-Hamis se jiehu sehem f'laqgha ghall-mexxejja socjalisti tal-Grupp Parlamentari tar-regjun tal-Mediterran. Il-Laqgha ser issir f'Barcellona, lejlet it-Tieni Konferenza EwroMediterranja li ser issir f'Malta bejn il-15 u 16 ta' April f'Dar il-Mediterran ghall-Konferenzi, fil-Belt.
Il-Prim Ministru Sant gie mistieden jiehu sehem fit-tifsil tal-politika Ewro-Mediterranja. It-tema tal-Konferenza hija: L-ewwel Anniversarju tal-Konferenza Ewro-Mediterranja ghall-paci fil-Lvant Nofsani (First Anniversary of the EuroMediterranean Conference for Peace in the Middle East).
Il-Prim Ministru Malti gie mistieden ghal din il-Konferenza minn Pauline Green, Mexxejja tal-Grupp Parlamentari tal-Partit tas-Socjalisti Ewropej fi Brussell. Dr. Sant kien iltaqa' mal-mexxejja socjalisti tar-regjun tal-mediterran waqt il-konferenza Ewro-Mediterranja ta' Barcellona f'Novembru 1995.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mid-Deputat Parlamentari Dr. Sandro Schembri Adami.
Other Press Releases:
PR261907
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI U L-ARTIJIET Żjara mill-Mini...
PR261906