It-Tinda tal-Patata tal-Marsa se tintuza fl-ahjar interessi tal-komunita' tal-Marsa
It-tinda tal-patata tal-Marsa se tinghata lill-Kumitat tar-Regatta tal-Marsa mill-Gvern fuq 'encroachment terms' ghal sena, li matulha l-Kumitat jrid johrog bi proposti kif izomm u jizviluppa l-inhawi tat-tinda fl-ahjar interess tal-komunita' tal-Marsa. Dan il-post imbaghad jigi mghoddi lill-Kumitat tar-Regatta tal-Marsa b'kirja mill-gvern bil-ghan li dan ma jibqax 'eyesore' u minflok jibqa' jintuza fl-ahjar interessi tar-residenti tal-Marsa. Fil-proposti tieghu lill-Gvern il-Kumitat tar-Regatta tal-Marsa se jkun jista' jdahhal ukoll interessi privati. Dan sar maghruf dalghodu waqt laqgha li l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant kellu mal-Kumitat tar-Regatta tal-Marsa fil-presenza tal-Kunsill Lokali tal-Marsa u ufficcjali tal-Gvern.
Ghada, l-Erbgha, 31 ta' Dicembru 1997, se ssir laqgha bejn id-Dipartiment ta' l-Artijiet u l-Kumitat tar-Regatta tal-Marsa dwar it-trasferiment ta' din it-tinda. Ghal snin twal din it-tinda kienet tintuza mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ghall-hazna tal-patata . Dan l-ahhar din it-tinda kienet qed tintuza ghal xahar u nofs biss fis-sena u l-komunita' tal-Marsa kienet qed titlob li t-tinda tigi mghoddija ghall-uzu tal-Marsin infushom. Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura bl-ghajnuna tad-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Xoghlijiet Pubblici issa ghamel l-arrangamenti biex il-patata tibda tinhazen f'Ta' Qali.
Din il-proposta regghet tressqet ix-xahar li ghadda lill-Prim Ministru waqt laqgha ta' diskussjoni li Dr. Alfred Sant kellu mac-cittadini tal-Marsa. Wara din il-laqgha kienu saru l-arrangamenti mill-Prim Ministru mal-Ministri koncernati biex tkun implimentata din il-proposta u biex jithaffef il-process tat-trasferiment tat-tinda. Prezenti ghal-laqgha ta' dalghodu kien hemm il-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali, in-Nutar Charles Mangion u l-Ministru tal-Kostruzzjoni u Xoghlijiet Pubblici, il-Perit Charles Buhagiar.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911