Left arrow Go Back

Punti mid-Diskors ta' l-Onor. Dr. Charles Mangion, Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali fl-okkazjoni tal-hatra ta' Diretturi fil-Ministeru

PR2336
Date Icon 05/12/1997
Il-hatra u jew konferma ta' Diretturi f'Dipartimenti ghandhasinjifikat partikolari fl-istrutturi amministrattivi tal-Gvern.
Id-Diretturi flimkien mas-Segretarju Permanenti ghandhomir-responsabbilta' li jattwaw b'mod effikaci, kif wkoll b'mod ekonomiku, il-politika tal-Gvern. Il-fatt illi l-hatra taghhom hija ghall-perijodu definittiv ta' tliet snin, peress li wara tigi evalwata l-performance taghhom, tenfasizza l-fatt li dan l-appointment mhux ibbazat fuq anzjanita' imma kompetenza. Huwa importanti li biex l-amministrazzjoni civili tipprogredixxi kif wiehed jixtieq u ssir magna efficjenti li taqdi l-bzonnijiet futuri tal-millenju, l-avvanz fil-karriera civili tkun ibbazata l-iktar fuq kompetenza, performance, esperjenza u kwalifiki. Hawn qbil nazzjonali li l-amministrazzjoni civili ghandha tkun iktar efficjenti, flessibbli u dixxiplinata. Jekk tfalli f'dan ir-rigward ikun difficli hafna li tiggustifika n-nefqa rikorrenti biex izzomm is-Servizz Civili, f'termini ta' pagi biss in-nefqa tilhaq madwar Lm162 miljun fis-sena. Id-Diretturi fid-Dipartiment ghandhom responsabbilta' principali biex jigu milhuqa u realizzati dawn l-ghanijiet.
Fl-okkazjoni tal-lum ser nikkonfermaw erba' diretturi u cioe lilMr. Alfred Demicoli - Direttur Corporate Services, fil-Ministeru; Dr.Godwin Grima - Direttur fil-Land Registry; Dr. Joe Sapiano - Direttur Public Registry; Dr.Franco Pellegrini - Nutar Principali tal-Gvern - Direttur fl-Ufficcju tan-Nutar tal-Gvern.
Il-post ta' Direttur fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali huwavakanti peress li s-Sur Maurice Caruana irtira, pero' gie ri-appuntat bhala konsulent fuq il-Kunsilli Lokali fil-Ministeru.
Kull Direttur ghandu r-responsabbiltajiet partikolari tieghu, pero'certament ilkoll ghandhom responsabbilta' partikolari li tohrog mill-politika tal-Gvern li trazzan id-deficit strutturali li l-Gvern wiret. Ghalhekk iridu jkunu kawti hafna biex joperaw strettament fil-projections li huma ghamlu ghall-1998, jassiguraw li fejn tipprevali hela din tigi mnehhija. Oltre dan huma jridu jassiguraw li jimmotivaw lill-impjegati li jaqghu tahthom biex dawn itejjbu l-performance taghhom u jtejjbu s-servizz li jaghtu. Hija essenzjali li c-Civil isir iktar customer orientated u efficjenti.
Fl-istess waqt, kull direttur apparti t-tmexxija manigerjali ta'kuljum ghandu ghanijiet li jaqghu taht id-dikasteru tieghu u li jridu jigu realizzati.
Ghalhekk per ezempju, il-Ministeru ghandu programm kapitaliestensiv, kemm f'dik li hija titjib ta' informatika fil-Ministeru, kif wkoll progetti kapitali bhal ma' huma l-bini ta' ufficini godda ghall-Avukat Generali, li ghalih din is-sena gie ivvutat Lm100,000; l-ufficini ghac-Centru ta' l-Arbitragg li jrid jibda jopera sa nofs 1998, u l-bini ta' registru gdid ghall-Qrati minflok l-Ghassa tal-Pulizija, kif wkoll ic-caqlieq ta' l-Ghassa tal-Belt minn fejn hi qeghda, ghall-Parcel Post Office li qed jassumiha il-Ministeru, flimkien ma' dak ta' l-Intern. Dawn jaqghu kollha taht ir-responsabbilta tad-Direttur Corporate Services fil-Ministeru. Ma' dawn iridu jizdiedu l-Human Resources, l-Amministrazzjoni Finanzjarja tal-Ministeru u dmirijiet ohra.
Id-Diretturi tal-Land Registry u Public Registryghandhom kompitu ewlieni biex jippjanaw, jinizzjalaw u jattwaw programm ta' re-allinjament tad-Dipartimenti tal-Land Registry u tal-Public Registry, biex ir-rizorsi ta' informatika u r-rizorsi umani jkunu utilizzati b'iktar efficjenza, bil-ghan ewlieni li r-ricerki li jinhargu mill-Insinwa ikunu garantiti ghall-ezattezza. Din hija bicca xoghol iebsa, pero' essenzjali biex issahhah ic-certezza fit-titolu tal-Proprjeta' f'Malta u Ghawdex. Ma' dan, pero', iz-zewg dipartimenti ghandhom il-programm ta' tishih ta' l-informatika, ir-registrazzjoni ta' proprjeta tal-Belt Valletta u l-Floriana, registrazzjoni ta' proprjeta tal-Gvern u tal-Joint Office, registrazzjoni ta' prokuri, persuni interdetti, mandati etc - dan kollu biex iz-zewg Dipartimenti jkunu jikkostitwixxu data bank mill-aqwa, kemm ghall-professjonisti legali u ghall-pubbliku.
Fir-rigward tan-Nutar tal-Gvern ghall-1998 irridu wkoll insahhu l-informatikabiex il-gid ta' informazzjoni li tezisti fl-arkivji , li jikkostitwixxu parti essenzjali mill-istorja socjali ta' pajjizna, jigu konservati ahjar. Oltre dan irid jitfassal u jibda jigi implimentat pjan komprensiv ta' arkivjar, biex numru kbir ta' kuntratti originali li sal-lum jinsabu ghand in-nutara jingabru fl-arkivju tal-Gvern.
Fir-rigward tad-Dipartiment tal-Kunsill Lokali, il-post ta'Direttur jinsab attwalment vakant, peress li d-Direttur, is-Sur Maurice Caruana, irtira bl-eta'. Is-Sur Caruana gie ri-appuntat konsulent tal-Ministeru dwar Kunsilli. Hawn nixtieq nuri l-apprezzament tieghi lis-Sur Caruana ghall-impenn li huwa wera meta kien jahdem fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali. Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali ghandu programm shih ta' inizjattivi li jvarjaw mill-implimentazzjoni tal-kuncett tal-value for money u performance indicators, sa delega ta' responsabbiltajiet u infurzar ta' certu ligijiet. Il-hatra ta Direttur gdid ghad -Dipartiment tal-Kunsilli dalwaqt issir.
Kif wiehed jista' jara, 1998 hija sena ta' impenn ghall-Ministeru ud-Diretturi ghandhom programm estensiv xi jwettqu. Pero' ghandi fiducja shiha li dan il-programm jitwettaq b'impenn u bl-ikbar responsabbilta'. Barra minn hekk nixtieq nirringrazzja lid-Diretturi kollha ghax-xoghol taghhom sa issa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow