Stqarrija mill-Awtoritajiet tas-Sahha
Fil-harga ta' gurnal lokali bil-Malti tal-bierah 27 ta' Novemberu, 1997 deher artiklu bl-isem: "Instab il-fejqan ghal dawk morda bil-cancer.
F'dan l-artiklu l-gurnalista Tonio Bonello kiteb li professur ta' nazzjonalità Armena rnexxielu jsib is-sustanzi li permezz taghhom ifejjaq il-cancer . Il-professur gie allegat li qal lill-gurnalista li ghalkemm din is-sustanza tiswa eluf kbar ta' liri huwa ghamel offerta eccezzjonali lill-Gvern Malti li l-kura tinghata lill-Maltin b'xejn.
L-Awtoritajiet tas-Sahha jiddeploraw bil-qawwa l-agir ta' dan il-gurnal lokali li qabel ma ppubblika l-artiklu ma vverifikax il-fatti ma' min hu espert.
L-artiklu huwa ezempju ta' gurnalizmu sensazzjonali u irresponsabbli.
Wahda mill-persuni msemmija fl-artiklu kellha laqgha mad-Direttur tad-Dipartiment ta' l-Onkologija fl-Isptar Boffa. L-opinjoni medika lokali hija li dak li qed jinghad dwar dan it-tip ta' kura mhuwiex gustifikat sakemm ma jigix sostanzjat xjentifikament. Dan ifisser provi xjentifici rigoruzi maghrufin bhala clinical trials li jkunu rikonoxxuti bhala validi fil-pubblikazzjonijiet xjentifici esperti wara skrutinju bir-reqqa tar-rizultati.
Nafu mill-esperjenza u fil-prattika li, aktar ma wiehed ikun sensazzjonali f'dak li jallega li huma kisbiet, aktar wiehed jiddubita l-verità ta' dak li jkun qed jigi allegat. Jezistu nies esperti f'pajjizna li jistghu jaghtu parir car u xjentifiku u kellha tittiehed l-opinjoni ta' dawn qabel ma wiehed jippubblika stejjer mimlija tamiet fiergha li ma jaghmlu xejn hlief izidu l-mizerja u t-tbatija ta' min ikun digà milqut mill-mard.
Ta' min jassigura lill-pubbliku li l-Awtoritajiet tas-Sahha f'Malta jafu x'inhuma jaghmlu u dawn qed juzaw il-kuri kollha rakkomandati minn esperti kredibbli b'gharfien mondjali.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911