Report on the setting up of Industrial Relations Unit presented to the Parliamentary Secretary for the Self Employed
Permezz ta' politika gdida li qieghed jaddotta l-Ministeru ghad-Djar, l-Awtorita' tad-Djar, minn nhar it-Tnejn li gej, se tohrog ghall-bejgh 123 post iehor imferrxin ma' Malta kollha, li ghall-ewwel darba se johorgu ghall-bejgh fuq il-pjanta. Il-pjanti ta' dawn il-postijiet, 115-il maisonette bil-garaxx maghhom u tmien appartamenti, se jkunu ghall-wiri nhar is-Sibt u l-Hadd li gejjin, fil-Habitat Hall, il-Furjana. Uhud minn dawn il-postijiet se johorgu orhos mill-postijiet li hargu fl-ahhar harga li kienu orhos mill-postijiet li kienu hargu taht il-Gvern precedenti.
Dawn il-postijiet jinsabu f'H'Attard, Birzebbuga, Bugibba, Bormla, il-Gharghur, Hal Kirkop, Hal Luqa, il-Mosta, l-Imqabba, l-Imsida, l-Imtarfa, in-Naxxar, Rahal Gdid, il-Qrendi, Haz Zabbar u z-Zurrieq. Bhal harga ta' qabel, dawn il-postijiet se johorgu ghal dawk li qeghdin jghixu f'postijiet substandardjew inadegwati..
Din il-politika gdida mistennija toffri hafna vantaggi lill-beneficjarji. Hu mistenni infatti li b'dan il-mod il-klijent ikun jista' jsegwi mill-qrib il-kostruzzjoni tal-post tieghu u dan zgur li jgieghel lill-kuntrattur joqghod izjed attent ghall-kwalita' tax-xoghol. Dan mistenni jgholli l-livell tal-kostruzzjoni tal-postijiet tal-Gvern. Din is-sistema gdida mistennija wkoll taghti l-opportunita' lill-klijent li jahseb minn kmieni biex jixtri l-ghamara, il-kamra tal-banju u servizzi ohra. B'hekk ikompli jitkattar in-negozju aktar kmieni.
Ghal dawn il-postijiet se jkunu jistghu japplikaw nies li ghal dawn l-ahhar tliet snin, jew aktar, kienu qed jghixu f'residenzi perikoluzi, jew substandard, jew it-tnejn, jew inkella jkunu qed jghixu ma' haddiehor. Nies li qed jghixu f'dawn il-kundizzjonijiet jistghu jkunu koppji mizzewgin, familja b'genitur wiehed u genitur li jkun mizzewweg izda separat (legalment u anke de facto). Kategorija gdida ta' nies li se jkunu jistghu japplikaw din id-darba, huma dawk il-familji li ghandhom dar mhux adegwata ghalihom bhala familja li jkollha tfal ta' sess differenti b'inqas kmamar milli tenhtieg.
Se jkunu jistghu japplikaw ukoll koppji gharajjes li se jkollhom numru minn dawn il-postijiet riservati ghalihom. Barra minn hekk se jkun hemm 16-il maisonette u zewg appartamenti riservati ghall-persuni b'dizabilita' jew familji li ghandhom persuni b'dizabilita. Dawn jistghu japplikaw minghajr l-kundizzjonijiet li huma marbuta bihom l-applikanti l-ohra. Nies bi bzonnijiet specjali jistghu jinghataw sa Lm1,200 biex jaghmlu aktar accessibbli l-post li jkunu hadu.
Titjib iehor li se jkun hemm f'din il-harga hija zjieda ta' Lm 1,000 fuq il-qliegh ta' min jista' japplika. B'hekk dawk li japplikaw ma jridx ikollhom dhul ta' aktar minn Lm7,000 f'kaz fejn persuna wahda biss tkun tahdem u Lm8,000 fejn it-tnejn ikunu jahdmu. Qabel dawn kienu Lm6,000 u Lm7,000 rispettivament.
Ghal din id-darba wkoll se jinghataw il-vantaggi fuq is-self li kienu gew introdotti mill-Gvern prezenti. Infatti dawk li se jixtru se jinghataw sussidji kemm fuq il-prezz tal-post u sussidju iehor fuq ir-rata ta' l-imghax. Skond il-ftehim li l-Ministeru ghad-Djar, permezz tal-Awtorita' tad-Djar, kien lahaq mal-Lohombus Bank, din id-darba wkoll is-self se jkun jista' jithallas lura fi zmien tletin sena u se jkun jista' jissellef sa 90 fil-mija tal-prezz tal-post. Dan barra li se jkun hemm tnaqqis drastiku fil-fees legali tal-bank. Min ihallas f'daqqa se jinghata rohs ta' 10 fil-mija fuq il-prezz diga' sussidjat tal-post.
Dawn l-iskemi ta' self huma intizi wkoll biex iqanqlu fil-klijenti zghazagh prospettivi l-hajra li jibdew minn kmieni jfaddlu ghall-post futur taghhom.
Il-pjanti ta' dawn il-postijiet se jkunu ghall-wiri nhar is-Sibt u nhar il-Hadd li gejjin mid-9.00 a.m. sal-4.00 p.m. fil-Habitat Hall, Binja Filippo Sciberras, Pjazza Sir Filippo Sciberras, il-Furjana. L-applikazzjonijiet ghal dawn il-postijiet se jinfethu minn nhar it-Tnejn l-1 ta' Dicembru 1997 u jibqghu miftuhin sa nhar il-Gimgha, 19 ta' Dicembru 1997, meta l-applikanti jkunu jridu rritornaw l-applikazzjonijiet taghhom.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911