Left arrow Go Back

Il-Ministru Alfred Porteli jiltaqa' ma' l-Ghaqda Nisa Laburisti

pr2130
Date Icon 03/11/1997

L-Ghaqda Nisa Laburisti apprezzat hafna l-fatt illi l-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, fl-iqsar zmien possibbli, baghat ghaliha u ddiskuta maghha ir-rapport li hija kienet taghtu ftit gimghat ilu biss, kif ukoll il-hidma li huwa qieghed iwettaq fil-qasam tal-housing. L-Ghaqda taghtu rapport b'taghrif u b'suggerimenti dwar il-problema tal-housing li pajjizna wiret minghand il-Gvern precedenti.

Fil-laqgha bejn l-Ghaqda u l-Ministru Portelli, li saret fl-ufficju tieghu fil-Parlament, huma tkellmu dwar diversi kategoriji milqutin mill-problema tal-housing, fosthom xebbiet omm, is-separati u n-nisa msawta.

L-Ghaqda tkellmet fuq problemi generali, problemi li jolqtu lil certi lokalitajiet u ghamlet is-suggerimenti taghha. L-Ghaqda uriet il-fehma illi l-iskemi li jaqghu taht il-Ministeru ghad-Djar ghandhom jinghataw aktar pubblicita' lic-cittadin.

Il-Ministru Portelli qal li l-Ligi dwar il-Kondominja qeghda tigi diskussa quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Konsiderazzjoni ta' Abbozzi ta' Ligi fil-Parlament. Huwa tkellem, fost affarijiet ohra, dwar il-problemi socjali ta' xebbiet omm, nisa msawta u nisa separati.

Is-Sur Portelli qal li quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomdoazzjoni Socjali hemm 86 applikazzjoni minn xebbiet omm u 245 minn persuni separati. Il-Ministru gharraf lill-Ghaqda illi, biex ic-cittadin jinqeda ahjar, l-ipprocessar ta' l-applikazzjonijiet ta' l-iskemi kollha mhaddma mid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali, mil-lum it-Tnejn, 3 ta' Novembru 1997, beda jsir mill-Awtorita' tad-Djar.

Prezenti kien hemm ukoll Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru u s-Sur John Spiteri, Ufficjal mill-Ministeru. Ghall-Ghaqda kien hemm Ms. Marie Louise Coleiro, President, Ms. Margaret Camilleri, Segretarja u Ms Josephine Chircop, Vici- President.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow