Left arrow Go Back

Cerimonja ta' prezentazzjoni ta' certifikati fil-Protezzjoni Civili

PR2113
Date Icon 30/10/1997
Is-Sur Joe Mizzi, Ministru fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, pprezenta113-il certifikat lill-impjegati tal-Gvern li attendew korsijiet ta' tahrig dwar il-Protezzjoni Civili li jinkludu metodi ta' salvatagg baziku u kontroll ta' nirien, flimkien ma' l-ewwel ghajnuna u salvatagg mill-bahar, waqt cerimonja fl-akkademja tal-pulizija, illum il-Hamis 30 t'Ottubru 1997.
Il-Ministru Mizzi qal li dawn il-korsijiet jghinughall-koordinazzjoni ta' xi dizastru jew emergenza li tista' tinqala'. S'issa ikkwalifikaw 889 partecipant f'dawn il-korsijiet. Il-Ministru kompla jghid li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili dan l-ahhar gie trasferit ghall-ufficcju temporanju fl-ex-Fire Fighting School f'Hal Far sakemm jitlesta c-Centru Operattiv f'Ta' Kandja ghall-bidu tas-sena d-diehla.
Il-Ministru qal li bl-ghajnuna finanzjarja tar-Raba' ProtokollTaljan, id-Dipartiment qed jahseb biex jitwettqu dawn il-progetti:
  • It-twaqqif ta' Operations Centre ghad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili
  • Twaqqif ta' Fire and Rescue Unit
  • Twaqqif ta' Sezzjoni Marittima tal-Protezzjoni Civili
  • Xiri ta' erba' lanec u 27 vettura ghat-tifi tan-nar u taghmir mehtieg

Minbarra dan se ssir kampanja ta' taghrif ghal pubbliku.

Il-Ministru qal li hu stmat li din il-hidma se tkun tiswa madwar 7 miljun liri Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow