Imhabbra l-ewwel sitt lokalitajiet fejn ser jinbnew iktar sulari fuq il-blokki
PR2033
22/10/1997
| Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli habbar li diga' | intalbu l-permessi fuq l-ewwel 146 appartament li se jinbnew fuq blokki ezistenti ta' appartamenti tal-Gvern. Huwa qal li dawn l-appartamenti se jinbnew f'sitt lokalitajiet f'Malta li huma Hal Ghaxaq, H'Attard, Marsa, il-Gudja, ir-Rabat u Ta' Xbiex. Huwa kompla jghid li fost il-beneficjarji ta' dan il-progett modern se jkunu l-anzjani li mhux se jkollhom ghalfejn jiccaqalqu minn posthom ghaliex f'dawn il-blokki se jigu nstallati l-lifts. |
| Il-Ministru qal dan f'laqgha li kellu ma' delegazzjoni mill-Ghaqda | Veterani Laburisti fl-ufficcju tieghu fil-Parlament. Huwa kompla jghid li huwa ppjanat li fuq blokk ta' tliet sulari jitilghu zewg sulari ohra addizzjonali u fejn hemm erba' sulari ezistenti jitla' sular iehor. B'kollox fuq dawn il-blokki mistennija jinbnew madwar 500 appartament gdid, li se jiffrankaw l-uzu ta' hafna art prezzjuza. |
| Il-President ta' l-Ghaqda Veterani Laburisti, s-Sur Dennis Cauchi, | meta tkellem dwar il-problemi ta' l-anzjani u l-housing issuggerixxa li f'kazi fejn anzjani jkollhom appartament kbir bit-tarag, fejn ma jistax isir lift, dawn ghandhom jinghataw appartamenti izghar fil-pjan terran biex il-post taghhom jintuza minn koppji zghar. |
| Il-Ministru tkellem dwar il-problema tal-housing li hu | ddeskriva bhala wahda akuta. Huwa qal li quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali hemm 1,100 li applikaw ghal post alternattiv ghaliex qeghdin jghixu ma' haddiehor. Huwa qal li din il-figura mhix 'il boghod minn dik ta' 1,500 kaz li jissemmew fic-censiment ta' l-1995. Barra dawn, l-istess Dipartiment ghandu 804 applikant iehor li applikaw ghal post alternattiv fuq raguni ta' mard jew dizabilita' u li fosthom hemm nies anzjani. |
| Il-Ministru qal li hemm 'il fuq minn 5,000 applikant li applika | ghal post alternattiv quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali. Meta jigi biex jalloka postijiet id-Dipartiment se jibda jaghti preferenza lill-applikanti li d-dhul totali taghhom ikun ta' anqas minn Lm4,000 fis-sena. |
| Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll is-Sinjuri, Charles | Mahoney, Segretarju, Louis Gauci, Kaxxier u Victor Savona, Ufficjal ghar-Relazzjonijiet Pubblici ta' l-ghaqda. Mal-Ministru kien hemm Dr. Stefan Buontempo, Konsulent u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali. |
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911