Il-Ministru ghad-Djar izur diversi nhawi ta' Haz-Zabbar
PR2007
17/10/1997
| Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli dalghodu zar inhawi | f'Haz Zabbar wara li ltaqa' mal-Kunsill Lokali. Huwa zar il-Qasam tad-Djar tal-Gvern li jinsab bejn Haz Zabbar u x-Xghajra, l-inhawi maghrufa bhala "Tal-Hofra" u l-Qasam tad-Djar il-kbir ta' Haz Zabbar. F'kull post li mar il-Ministru Portelli tkellem man-nies tal-post. Huwa qal li d-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar qieghed jiffinalizza x-xoghol fuq gnien zghir fil-Qasam tad-Djar bejn Haz Zabbar u x-Xghajra biex ma jdumx ma jibda jitgawda mic-cittadini. |
| Meta zar l-inhawi "Tal-Hofra" huwa qal li dalwaqt johorgu | l-offerti ghall-kisi ta' dawn it-toroq. Fil-Qasam tad-Djar il-kbir huwa sema l-ilmenti tan-nies, ra x-xoghol ta' manutenzjoni li sar lill-blokki ta' appartamenti mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u anke x'fadal art minhabba l-iskarsezza ta' art f'dan il-post. Waqt il-laqgha mal-Kunsill, issemmiet l-ghajnuna mid-Dipartiment tax-Xoghlijiet ghall-bini ta' Park Regjonali, kif ukoll il-htiega li jkun hemm dar ghall-anzjani f'Haz Zabbar. |
| Fid-diskors tieghu l-Ministru qal li minn Haz Zabbar biss, id-Dipartiment | ghall-Akkomodazzjoni Socjali li jaqa' taht il-Ministeru tieghu, ghandu 140 applikant ghal akkomodazzjoni alternattiva. Huwa qal ukoll li f'dan il-lokal, minn Novembru tas-sena l-ohra, id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar wettaq diversi tiswijiet fuq ghadd ta' postijiet. |
| Il-Ministru qal li f'Haz Zabbar, li huwa wiehed mill-akbar bliet | f'Malta u Ghawdex, il-Gvern ftit li xejn fadallu art fejn jista' jitla' l-bini. Huwa qal ukoll li Haz Zabbar, bhal bliet ohra, ghandu wkoll inhawi residenzjali qodma u dwarhom qieghed isir studju xjentifiku minn periti tad-Dipartiment, bil-ghan li jigi deciz kif l-ahjar jitharsu dawn iz-zoni tipici. |
| Dwar il-problemi ta' toroq li jgherqu meta taghmel hafna xita, | il-Ministru qal li d-Dipartiment tax-Xoghlijiet qed ihejji "masterplan" biex mis-sena d-diehla tibda tissolva din il-problema. Is-Sur Portelli qal ukoll li l-Gvern ghandu programm shih biex jaghmel "mains" godda tal-ilma f'Haz Zabbar fejn dawn ghadhom ma nbidlux. |
| Il-Ministru Portelli qal li skond ic-Censiment ta' Novembru | tal-1995, kien hemm 119,479 post li fihom jghixu in-nies. Minnhom kien hemm madwar 7,700 post "sub-standard" jew inadekwati li fihom qeghdin jghixu n-nies. F'Haz Zabbar hemm 282 minn dawn il-postijiet, l-aktar fin-naha "Tal Biccieni" fejn hemm koncentrazzjoni qawwija ta' nies joqghodu f' "area" pjuttost zghira. |
| Il-Ministru semma l-hidma kbira li qeghda titwettaq bi thejjija | biex jinbeda x-xoghol fuq il-belt gdida ta' Pembroke u fuq il-progett ta' sulari addizzjonali fuq blokki ta' appartamenti tal-Gvern madwar Malta u li permezz taghhom mistennija jinbnew mal-500 appartament li se jkunu fornuti b'"lift". |
| Is-Sindku ta' Haz Zabbar, is-Sur Felic Zarb filwaqt li izza hajr | lill-Ministru ghall-interess personali li dejjem ha f'Haz Zabbar qal li l-ewwel fuq l-agenda taghhom huma ghandhom it-twaqqif ta' Centru ghall-Anzjani. Huwa semma wkoll diversi lmenti li jircievu mir-residenti ta' dan il-lokal, fosthom li hemm xi inhawi fejn it-toroq jinhtiegu jigu asfaltati. |
| F'din iz-zjara l-Ministru kien akkumpanjat mill-Kapijiet tad-Dipartimenti | li jaqghu taht il-Ministeru tieghu. Diversi Kunsillieri kienu wkoll prezenti. |
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911