Il-biccerija taghlaq mitt sena
PR1990
16/10/1997
| Matul il-gimghat li gejjin, fil-Biccerija tal-Gvern ser jigi | nstallat makkinarju biex titjieb l-efficjenza fil-Biccerija u biex il-prodott li johrog mill-Biccerija ghall-konsum ikun ta' kwalità oghla. |
| Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd, l-Onor. Noel Farrugia, | meta llum attenda ghac-cerimonja fl-okkazjoni ta' l-gheluq tal-mitt sena minn meta twaqqfet il-Biccerija. |
| Il-Ministru Farrugia qal li wiehed seta' jinnota li matul ix-xhur | li ghaddew saret hidma sabiex diversi nuqqasijiet li kien hemm fil-Biccerija jigu rimedjati. |
| Il-Ministru semma li fost ix-xoghlijiet li twettqu kien hemm xoghol | ta' modernizzar tac-chillers u ta' l-impjant tat-tkessih li huwa ferm importanti li jkun jahdem fl-ahjar kundizzjonijiet. Inghata wkoll service komplut lill-makkinarju fuq il-linja tal-qatla tal-majjal. |
| Bis-sahha ta' dan ix-xoghol il-livell igeniku fil-Biccerija qieghed | kull ma' jmur jitjieb. Dan qieghed isir ukoll bl-esperjenza gdida li qed jiehdu kemm il-management kif ukoll il-haddiema bis-sahha ta' l-esportazzjoni tal-majjal lejn l-Ewropa. |
| Il-Ministru Farrugia rrefera wkoll ghac-certifikati li qed jinhargu | mis-Servizz Veterinarju lill-hwienet tal-laham, kull meta jixtru c-canga friska. Dan qed isir bl-iskop li dawn ic-certifikati jitwahhlu f'post prominenti ghand tal-hanut biex il-konsumaturi jserhu rashom meta jmorru jaghmlu x-xirja taghhom. |
| Il-Ministru Farrugia temm id-diskors tieghu billi sellem lil dawk | il-veterinarji u l-haddiema kollha tas-Servizz Veterinarju ghall-hidma taghhom matul dawn is-snin kollha li ilha mwaqqfa l-Biccerija u pprezenta midalja lil dawk il-haddiema prezenti li ilhom aktar minn 25 sena jahdmu fil-Biccerija ghas-servizz tal-produtturi u l-konsumaturi. |
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911