Left arrow Go Back

Il-Ministru Michael Farrugia jindirizza s-seminar "Nutrition Education for the Next Generation"

PR1979
Date Icon 15/10/1997
"Dieta tajba tiskansa l-mard", dan qalu l-Ministrughas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja t-Tabib Michael Farrugia waqt l-gheluq ta' seminar 'Nutrition Education for the Next Generation' sponsorjat mid-ditta HH Ltd., produtturi tas-Safari fruit juices. Il-Ministru Farrugia qal li sfortunatament l-aktar li nahsbu fuq dieta hija meta nimirdu b'xi mard li jkollhom bzonn xi dieta specjali u specifika.
Il-Health Promotion Department fi hdan il-dipartimenttas-sahha qed tahdem fuq programm ta' edukazzjoni lit-tfal fl-iskejjel primarji halli jinghataw l-informazzjoni dwar kif jibzghu ghall-sahhithom halli l-generazzjoni t'ghada tkun aktar b'sahhitha u tghix aktar. F'certi skejjel qed issir enfazi fuq it-tip ta' ikel li jinghataw maghhom fl-iskola. Din l-edukazzjoni hemm bzonnha u jidher li qed tkun effettiva.
Il-Ministru Farrugia sahaq li rridu nedukaw ukoll lill-bdiewa ulill-produtturi li certu kimika u bexx ghalkemm jipprotegu l-frott u l-hxejjex jista' jkun ta' detriment ghall-bniedem, jekk ir-rakkomandazzjonijiet fuq il-pesticidi jigu njorati.
Huwa qal ukoll li bil-kollaborazzjoni tal-Food & AgricultureOrganisation (FAO) se tigi aggornata il-Food & Safety Law sabiex tkun f'linja wahda ma' pajjizi avvanzati aktar minna f'dan is-settur.
Il-Ministru Michael Farrugia qal ukoll li qed isiru seminarsghall-ispetturi tas-sanita' sabiex ikunu aktar efficjenti ghas-sistemi moderni.
Huwa semma wkoll li dawn l-ispetturi jkollhom kollaborazzjoni mar-restoranti,kokijiet u food handlers ohra. Huwa sahaq li aktar ma nedukaw issa, aktar ikollna cittadini nfurmati u edukati ghada dwar x'ikel jieklu halli jipprotegu sahhithom.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow