Left arrow Go Back

Laqgha tal-Kumitat Ezekuttiv ta' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali mal-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali

pr1865
Date Icon 30/09/1997

F'laqgha li saret illum, 30 ta' Settembru 1997 bejn il-Ministru tal-Gustizzja u Kunsilli Lokali l-Onor Dr Charles Mangion u l-Kumitat Ezekuttiv ta' l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali immexxi minn Dr Ian Micallef, li ghaliha attendew ukoll is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru u d-Direttur tal-Kunsilli Lokali gew diskussi u gie registrat progress dwar numru ta' inizjattivi proposti kemm minn naha tal-Ministeru kif ukoll mill-Assocjazzjoni.

Is-suggetti ewlenin li gew ittrattati u li dwarhom intlahaq forma ta' ftehim kienu dawn:

1. Hatra ta' Kunsillieri bhala diretturi fuq bordijiet ta' l-entitajiet parastatali
u governattivi.

Is-suggerimenti ta' l-Assocjazzjoni, wara li gew ikkunsidrati mill-
Ministeru, ser jigu pprezentati lill-Ministeri reponsabbli ta' l-entitajiet rispettivi;

2. Assenjar ta' haddiema tal-Gvern mal-Kunsilli Lokali

Din l-iskema se tidhol fis-sehh mill-1 ta' Ottubru 1997. Sadanittant, ser
jinzamm kordinament kontinwu bejn il-Kunsilli Lokali, id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u d-Dipartimenti li allokaw il-haddiema, biex xi problemi li jistghu jizviluppaw jintlaqghu mill-ewwel. L-Assocjazzjoni kienet assikurata li l-arrangament miftiehem originarjament, fis-sens li l-Kunsilli jibqghu izommu l-awtonomija taghhom, mhux se jigi mittiefes.

3. Gwardjani Lokali u Tribunali

Id-delega ta' l-infurzar tal-ligijiet hija materja ta' priorita ghaz-zewg nahat u ghalhekk il-Ministeru qed ihejji pjan intensiv li jinkorpora l-aspetti kollha ta' dan l-ezercizzju (inkluzi l-Gwardjani Lokali u t-Tribunali).

4. Qafas Legali ta' l-Assocjazzjoni

Is-suggerimenti li tressqu mill-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali bil-ghan li
jsir tibdil estensiv fl-Avviz Legali li permezz tieghu twaqqfet l-Assocjazzjoni gew ikkunsidrati u l-provvedimenti l-godda ser jigu
pprezentati lill-Ufficcju ta' l-Avukat tar-Repubblika.

5. Finanzjament ta' l-Assocjazzjoni

Il-Ministeru wieghed li jkompli jaghti kull appogg lill-Assocjazzjoni fil-htigijiet bazici taghha, inkluz il-finanzjament.

6. Fondi ghall-Htigijiet Specjali

L-ezercizzju li permezz tieghu l-ammont ta' Lm 2.5 miljun approvat mill-
Parlament ghandu jitqassam lill-Kunsilli Lokali skond certi kriterji u htigijiet, qieghed fi stat avvanzat hafna. Il-hsieb hu li r-Rizoluzzjoni li trid tigi approvata mill-parlament, titressaq kemm jista' jkun malajr.

7. Is-Sigurta' tal-Kunsillieri, tas-Segretarji u mpjegati tal-Kunsilli Lokali

L-Assocjazzjoni nnotat b'sodisfazzjon l-impenn li l-Ministeru qed jiehu
biex jassigura li l-Kunsillieri, Segretarji tal-Kunsilli Lokali kif ukoll l-impjegati l-ohra jinghataw kull protezzjoni mehtiega kemm f'kuntest legali kif ukoll dak amministrattiv.

Fl-ahharnett iz-zewg partijiet qablu li jissoktaw b'dawn il-konsultazzjonijiet li l-ghan ewlieni taghhom hu li l-operat tal-Kunsilli Lokali jibqa' jissahhah fl-interess tac-cittadini tal-lokalitajiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow