Left arrow Go Back

Il-Prim Ministru fi New York: Jiltaqa' mac-Chairman ta' NASDAQ f'Wall Street

pr1852
Date Icon 28/09/1997

F'Wall Street, New York, il-Prim Minisru, Alfred Sant, kellu laqgha mas-Sur Frank Zarb, President (Chairman) tan-NASDAQ , li Stock Exchange li fuqha jinbighu l-ishma u li bis-sistemi kompjuterizzati taghha issa saret l-aqwa Stock Exchange fl-Istati Uniti min-numru ta' ishma li kuljum jinbighu u jinxtraw minn fuqha.

Il-Prim Ministru nghata spjegazzjoni ta' kif qed tahdem in-NASDAQ mic-Chairman ta' li Stock Exchange. Is-Sur Zarb, li hu ta' origini Maltija, spjega kif in-NASDAQ ghandha politika attiva hafna biex, bis-sistemi taghha, jinbighu u jinxtraw ishma ta' kumpaniji li jkunu qed johorgu barra l- Istali Uniti

Il-Prim Ministru fisser lis-Sur Zarb il- politika ta' Malta biex tinkoraggixxi l-izvilupp tas-servizzi finanzjarji minn Malta. Il-Prim Ministru ta wkoll rendikont ta' l-isfida li ghandu quddiemu l-gvern fil-qasam tal-finanzi pubblici u tal-mizuri li qed jigu kunsidrati. Is-Sur Zarb offra l-appogg tieghu fil-promozzjoni tas-servizzi finanzjarji minn Malta u f'mizuri finanzjarji ohra li jistghu jittiehdu.

Waqt il-laqgha gew diskussi wkoll il-politika Ewropea tal-Gvern Laburista u s-sitwazzjoni politika u ekonomika fil-Mediterran centrali. Prezenti ghal-laqgha kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Malti ghall-Gnus Maghquda, is-Sur Gorg Saliba, u s-Sur Frank Asphar u s-Sur John T. Wall tan-NASDAQ Stock Market u ufficjali gholja ohra tan-NASDAQ .

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow