Irtirar ta' medicini
pr1776
17/09/1997
Id-Dipartiment tas-Sahha Pubblika jgharraf lill-pubbliku li l-medicini Fenfluramine (Ponderax ®) u Dexfenfluramine (Isomeride ®) qed jigu rtirati indefinittivament mis-suq lokali b'effett immedjat. Dan sar wara li gew irtirati dawn il-medicini mis-swieq mad-dinja kollha mill-kumpanija li timmanifatturahom wara studju li sab konnessjoni ma' problemi tal-valv tal-qalb fost pazjenti li kienu qed jigu kkurati b'dawn il-medicini. Pazjenti li ghandhom minn dawn il-medicini ghandhom jikkonsultaw lit-tobba taghhom u jirritornaw il-pilloli mhux uzati lill-ispizjar minn fejn xtrawhom.
Aktar taghrif jista' jinkiseb mill-Medical Regulatory Affairs Unit fuq Nru: 242066 mit-Tnejn sal-Gimgha matul hinijiet ta' l-ufficcju.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911