Left arrow Go Back

Installment ta' lifts f'appartamenti tal-Gvern ghal 230 familja

pr1697
Date Icon 04/09/1997

Mhux inqas minn 230 familja li joqghodu f'appartamenti tal-Gvern mistennija jibdew igawdumill-facilita' ta' lift. Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar li jaqa' taht il-Ministeru ghad-Djar diga beda l-process biex jistalla dawn il-lifts fi blokki ta' appartamenti li jinsabu f'Bormla, is-Siggiewi, iz-Zurrieq, Birkirkara, l-Imsida u l-Kalkara. Dawn il-blokki li nkrew u tqassmu f'dawn l-ahhar xhur, kienu inbnew apposta biex fihom ikunu jistghu jigu stallati lifts.

Dan is-servizz kien gie ntrodott minn Gvern Laburista fl-1986 biex jagevola residenti li joqghodu fi blokki ta' appartamenti tal-Gvern li jkunu ta' erba' sulari jew aktar. L-ewwel blokki li gew stallati b'lifts kienu fin-Naxxar, iz-Zejtun, Santa Lucia u Bugibba. Minn dak inhar kull blokk gdid tal-Gvern ta' erba' sulari jew aktar beda jigi fornut b'lift.

Minn din is-sena il- "policy" giet estiza biex tkopri wkoll bini ta' tliet sulari fejn ikun hemm persuni b'dizabilita u dan b'decizjoni tal-Ministru ghad-Djar is-Sur Alfred Portelli wara talba li kienet saret mill-Kummissjoni Nazzjonali ghall-Persuni b'Dizabilita'.

Sadanittant kif habbar il-Ministru ghad-Djar dan l-ahhar gie deciz li fejn jippermetti, f'bini tal-Gvern li sar qabel l-1986 ser jinbnew sulari ohra u fihom se jigi stallat ukoll lift. Dan se jkun mhux biss ta' beneficcju ghar-residenti l-godda izda anke ghal dawk ezistenti fosthom nies anzjani, morda jew nies bi htigijiet specjali. Hu mahsub li l-ewwel applikazzjonijiet ghall-permess biex isir dan il-bini se jintbaghtu lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar aktar tard dan ix-xahar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow