Left arrow Go Back

Zjara ta' kortesija mis-Segretarju Generali tal-Konfederazzjoni Dinjija tax-Xoghol lill-Ministeru ghall-Harsien Socjali

pr1695
Date Icon 04/09/1997

Il-Ministru ghall-Harsien Socjali Edwin Grech, illum kellu zjara ta' kortesija minn Mr. Willy Thys, Segretarju Generali tal-Konfederazzjoni Dinjija tax-Xoghol.

Il-Ministru Grech, f' kelmtejn li ghamel, tkellem dwar ir-riforma li l-Gvern irid jaghmel fid-Dipartiment tax-Xoghol. Huwa qal li bil-holqien tal-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig, dan id-Dipartiment thalla abbandunat.

Il-Ministru Edwin Grech qal ukoll li filwaqt li l-Gvern irid ikompli jsahhah il-kuncett tar-rabta bejn it-tahrig u l-impjieg permezz tal-Korporazzjoni imsemmija, irid isahhah ukoll oqsma daqstant importanti, li jikkoncernaw id-drittijiet tal-haddiema. Huwa ghalhekk li trid issir riforma fid-Dipartiment tax-Xoghol.

Il-Ministru Grech irrefera wkoll ghas-sistemi li thaddem l-ETC biex tharreg u ssib x-xoghol ghall-haddiema, u l-beneficcji u ghotjiet li din taghti lis-settur privat ghal dan il-ghan.

Minn naha tieghu, Mr. Willy Thys tkellem dwar studju li sar fil-Belgju u li wera kemm hija mportanti r-rabta bejn it-tahrig u l-impjiegi. Huwa wera nteress fil-mod kif tahdem l-ETC. Huwa tkellem dwar il-qghad f' pajjizu, l-Belgju, u qal li dan huwa ta' madwar 11 fil-mija, daqs l-Ingilterra u l-Germanja.

Huwa tkellem dwar id-diffikultajiet li qed ihabbat wiccu maghhom is-settur tal-manifattura fl-Ewropa u qal li dawn il-problemi mistennija jibqghu maghna ghall-10 snin li gejjin.

Prezenti ghall-laqgha bejn il-Ministru Grech u Mr. Thys kien hemm ukoll is-Sur Alfred Buhagiar u s-Sur Charles Magro, President u Segretarju Generali tas-CMTU, u s-Sur Chris Busuttil, President ta' l-MUBE.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Enerġija affordabbli ma teżisti imkien ħlief f’Malta u l-garanzija tagħna tibqa’ prezzijiet tal-enerġija stabbli” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261912

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

PR261911

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U ...

More Press Releases Right arrow