Delegazzjoni Maltija zzur l-Ingilterra dwar l-esportazzjoni tal-hxejjex
Delegazzjoni Maltija, iffurmata minn bdiewa, l-Export Marketing Board, u d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, halliet Malta ghall-Ingilterra sabiex tiddiskuti l-process ta' l-esportazzjoni ta' hxejjex u frott lejn is-suq Ingliz li beda kmieni din is-sena.
Dr. Adrian Zammit, li qed imexxi d-delegazzjoni Maltija u li huwa l-ufficjal tal-Ministeru tal-Biedja u Sajd inkarigat fuq dan il-progett ta' esportazzjoni , mistenni jinforma lill-importaturi u l-Awtoritajiet Inglizi bil-process xjentifiku li qed jintuza mill-bdiewa Maltin biex ikun assigurat li l-prodotti mkabbra huma environment friendly u skond l-iStandards Britannici.
Matul din iz-zjara il-bdiewa mistennija jittiehdu jaraw tipi ta' grading, biex ikunu aggornati dwar metodi moderni kif iridu jesportaw il-prodott u jiltaqghu mal-konsumaturi Inglizi, li jikkunsmaw prodotti imkabbra f'Malta, biex jilqghu il-kummenti taghhom.
Ir-rapprezentant tal-Export Marketing Board mistenni jiddiskuti l-process ta' l-esportazjoni u l-livell ta' kwalita gholja li trid tigi osservata matul il-process tat-tkabbir tal-grading u ta' l-esportazjoni tal-hxejjex.
Il-process ta' l-esportazzjoni beda kmieni din is-sena u wara l-inkoraggiment li nholoq mill-bdiewa Maltin u importaturi Inglizi jigi studjat ahjar kif jistghu jigu zviluppati opportunitajiet ohra bhall-esportazzjoni ta' lumi u frott iehor.
Other Press Releases:
PR261912
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Enerġija affordabbli ma teżisti...
PR261911